Iż-Żurrieq

Residenzi Importanti

Print this page

Dar Mattia Preti

Il-pittur famuż Mattia Preti, Cavagliere di Grazia ta' l-ordni tal-Kavallieri ta San Ġwann magħruf ukoll bħala il Calabrese, għex f'Malta mill-1661 sakemm miet fl-1699. Huwa għex numru ta snin fiż-Żurrieq, wara li telaq mill-Belt Valletta.

Huwa wettaq hafna mill-kapolavuri tiegħu fir-residenza tiegħu f'Numuru 4, Triq il-Fjuri fiż-Żurrieq. Illum din id-dar tintuża mill-Kunsill Lokali bħala ċentru ta' taħriġ.

L-Armerija

Il-Palazz ta’ l-armerija nbena lejn l-ahhar tas-sbatax –il seklu. F’dan il-palazz kienet tinzamm l-armerija taht il-Gran Mastru Pinto, Ximenes u de Rohan. Fuq il-parti ta’ wara ta’ dan il-palazz wiehed ghadu jista jara torri li jaghmel parti minn dan il-palazz. Fl-1784 il-palazz inbiegh lil Saverio Verario Crispo. Iktar tard, il-palazz inxtara mill-Familja Zimmermann Barbaro. Jinghad li din il-familja stiednet lil Napuljun Bonaparte jzur il-palazz waqt li kien fuq zjara f’pajjizna. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija il-Palazz ta’ l-Armerija kien jintuza mir-regiment ta’ Hampshires u iktar tard mir-Royal Air Force. Kif spiccat il-gwerra il-palazz ghadda ghand il-Konti Chapelle Paleogo.

Il-Palazz tan-Nigret

Il-palazz tan-Nigret inbena fl-1715 mill-Kav. Giacobo de Togores. Illum il-palazz iservi bħala kunvent u orfanatrofju mmexxi mis-Sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù. Palazz ieħor jinsab fiż-żona ta’ Bubaqra u jinsab f’idejn il-privat.

It-Torri tal-Wardija

Dan it-torri huwa wieħed minn tlettax-il torri li jgħassu l-kosta madwar il-gżira, mibni mill-Gran Mastru Martino De Redin matul l-1659.

It-Torri ta' Bubaqra

It-Torri ta' Bubaqra, mibni fis-seklu 16, ma kienx maħsub li jagħmel parti mis-sistema ta difiża tal-gżira, għalkemm jingħad li għal xi żmien kien jintuża propju għal dan il-għan. Il-mod ki inhu mibni dan it-torri juri li oriġinarjament huwa kien mibni bħala residenza fil-kampanja.

Mtieħen tar-Riħ

Skond Chev. Guze Galea fl-1674, il-Granmastru Nicolo Cottoner, bena ħames imtieħen tar-riħ madwar Malta. Waħda minn dawn l-Imtieħen inbniet fin-Nigret, Żurrieq, magħrufa bħala 'tal-Qaret.'

Snin wara, fl-1724, il-Granmastru reġa bena mitħna oħra ħdejha, magħrufa bħala 'ta' Marmara', li kien il-kunjom ta l-ewwel persuna li ħadmet fl-istess mitħna, Luret Marmara.

Il-mitħna magħrufa bħala 'tas-Salib' inbniet mill-famija Gafa`, u ssemmiet għas-salib tar-raħal li jinsab ftit il-bogħod mill-istess mitħna.

Il-mitħna tax-Xarolla nbniet fuq ordni tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena fl-1724. Fl-1992 ġiet restawrata sa kemm ġiet taħdem kif kienet oriġinarjament u issa ġiet l-unika mitħna tar-riħ li tiffunzjona f’Malta u Għawdex. Fl-2000, dan il-bini għadda f’idejn il-Kunsill Lokali Żurrieq u qed jiġi amministrat minnu. Il-lok huwa maħsub biex iservi wkoll bħala ċentru kulturali.

Photo Gallery