Iż-Żurrieq ilu abitat sa minn Żmien il-Bronż minn popolazzjoni relattivament kbira. L-ikbar villaġġ fl-inħawi, iż-Żurrieq, huwa wkoll iċ-ċentru ta’ attività kummerċjali u joffri numri ta’ postijiet interessanti.
L-ewwel riferenza storika għal dal-villaġġ teħodna lura sal-1399. Il-villaġġi ta’ Ħal Lew, Ħal Millieri, Ħal Manin, Bubaqra, Ħal Far, in-Nigret u l-Qrendi kienu jagħmlu parti mill-villaġġ innifsu, sakemm fl-1618 il-villaġġ tal-Qrendi nqata’ għalih mentri l-oħrajn gradwalment saru ħaġa waħda mal-villaġġ u jinsabu fit-trifijiet tiegħu.
|