L-Għasri

Geografija

Print this page

   Il-Mappa ta' L-Għasri

Minn Wied il-Għasri għall-Wied tas-Seqer, u mill-Wied il-Mielaħ għall-Wied Sara, jinsab il-villaġġ ta’ L-Għasri – villaġġ tipiku Għawdxi fil-gżira sabiħa ta’ Calypso.

L-Għasri jista’ jitqies bħala l-iżgħar fost il-villaġġi t’Għawdex kollha, peress li għandu l-eċken popolazzjoni fil-gżira. Jinsab fil-Majjistral tal-gżira u jinsab 2.5km ‘l bogħod minn Victoria – il-belt ewlenija ta’ Għawdex.

ghasri map

Topografikament, L-Għasri huwa karatterizzat mill-għoljiet ta’ L-Għammar u Ġordan kif ukoll minn numru ta’ widien li jilwu minn taħt dawn iż-żewġ għoljiet żgħar maġenb għelieqi mtarġin mimlijin veġetazzjoni.

L-Għasri huwa magħruf bħala villaġġ agrikolu fejn kważi l-erja kollha tiegħu hija magħmula minn għelieqi fertili apparti minn xi postijiet imferrxa li huma mibnija u xi ġebel aridu viċin l-irdum mal-baħar.

F’termini ta’ konfini parrokkjali, L-Għasri fih 2.88km kwadri, filwaqt li skond il-ġurisdizzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-erja tiegħu fiha 4.724km kwadri. Għaldaqstant, meta jitqabbel ma’ villaġġi oħrajn f’Għawdex, filwaqt li l-erja tiegħu hija kbira mhux ħażin, il-popolazzjoni tiegħu hija l-iżgħar fil-gżejjer.