L-Għasri

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

Weee Trolley

L-Ghasri Sub-Post Office
Mit-Tnejn sal-Gimgha (Eskluz Festi Pubblici)
Sajf - 8.30am - 11.30am
Xitwa - 8.30am - 3.30pm
Nhar ta' Sibt (Eskluz Festi Pubblici)
Sajf u Xitwa - 8.30am - 10.30am

Servizz ta’ Berġa
Klinika tal-Gvern, 6 Pjazza Salvatur, L-Għasri
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10.00am sal-10.30am (festi pubbliċi esklużi) 

Ġbir ta’ skart goff
Mit-Tnejn sas-Sibt fi żmien jumejn wara li ssir rikjesta lill-Kunsill.

Ġbir ta' skart imħallat (fil-borża s-sewda)
It-Tnejn u l-Ħamis : mis-7.00a.m. sal-11.30a.m

Ġbir ta’ skart organiku (fil-borża l-bajda)

It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa  : mis-7.00a.m. sat-8.30a.m.

Ġbir ta’ skart riċiklabbli (fil-borża l-griża)
It-Tlieta bejn s-7.00a.m. u t-8.30a.m.

Ġbir ta’ ħġieġ riċiklabbli (fil-kontenitur)
Kull l-ewwel Ħamis tax-xahar bejn s-7.00a.m. u t-8.30a.m.

Korsijiet offruti mill-Kunsill
korsijiet tal-ħjata - Nhar ta' Tnejn fis-2.00p.m. (ġranet ta' skola biss)

Librerija
Mit-Tnejn sal-Gimgha: mid-9.00a.m. sa nofsinhar
L-Erbgħa : mit-3.00p.m. sal-5.00pm
Is-Sibt : mit-8.30am sal-11.30am 

Internet Cafe’ – Il-Kunsill joffri s-servizz ta’ Internet Café b'xejn mill-Uffiċċju tal-Kunsill li jkun miftuħ waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju. Wifi Internet mill-Pjazza s-Salvatur ukoll.

Tindif ta’ toroq: Il-Kunsill għandu l-kuntratt għal tindif ta’ toroq urbani u l-kuntrattur huwa obbligat li jżomm it-toroq fi stat nadif regolarment. Il-pubbliku mitlub li jgħin lill-Kunsill Lokali sabiex inżommu L-Għasri nadif u fejn ikun hemm xi triq li ma tkunx nadifa nitolbukom li tinfurmawna mill-ewwel.  Il-Kunsill jixtieq jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħmieġ tal-annimali u jitlob lis-sidien tagħhom biex ikunu responsabbli u meta l-annimali tagħhom iħammġu huma għandhom inaddfu immedjatament.

Tindif ta' toroq mhux urbana - Il-Kunsill jieħu ħsieb ukoll it-tindif tat-toroq mhux urbana (fil-kampanja). Il-pubbliku huwa mitlub li jikkopera mal-Kunsill u jagħmel użu mis-servizzi tal-Kunsill u mhux jarmi l-iskart goff fil-kampanja.

Tabelli u marki tat-traffiku - Il-Kunsill jieħu ħsieb il-manutenzjoni tat-tabelli u marki tat-traffiku.

Manutenzjoni tat-toroq u bankini - It-toroq urbana inkluż il-bankini qed issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa b’mod regolari. Meta ikun finanzjarment possibbli l-Kunsill jippreferi li jibni toroq u bankini mill-ġdid u b’hekk il-lokal jingħata dehra isbaħ.

Dawl tat-toroq: Meta ikun hemm lampa mitfija jew tpetpet, din għandha tiġi rapportata lill-Kunsill biex issir it-tiswija meħtieġa. Biex tirraporta lampa, importanti li tagħti n-numru li jkun hemm mal-istess lampa u b’hekk il-ħsara tkun tista’ tissewwa bla dewmien.

Latrina pubblika - il-Latrina Pubblika tinsab fi Pjazza s-Salvatur.

Servizz għall-anzjani

Kartanzjan – Anzjani li jitilfu jew iridu jiġbru l-Kartanzjan għall-ewwel darba għandhom imorru l-Uffiċċju tal-Kunsill.

Ċentru għall-Anzjani – Il-Kunsill joffri s-servizz ta’ Ċentru għall-anzjani li jinsab fi Triq Mġarr Għajnsielem. Anzjani mill-Għasri jistgħu jattendu dan iċ-ċentru kull nhar ta’ Tlieta permezz tat-trasport provdut mill-Kunsill.

Permessi li jingħataw mill-Kunsill Lokali skond ir-Regolamenti tal-2002 dwar attivitajiet u xogħlijiet:

• Tpoġġija ta’ skip f’post pubbliku
• Tpoġġija ta’ kiddie ride machines f’post pubbliku
• Depożitu ta’ materjal tal-kostruzzjoni f’post pubbliku
• Depożitu jew uża ta’ krejn u makkinarju ieħor
• Tpoġġija ta’ imwejjed u siġġijiet għal servizzi ta’ catering f’post pubbliku
• Tpoġġija ta’ kiosk
• Divertiment Okkażjonali

Il-ħlas għal dawn is-servizzi irid isir skond ir-Regolamenti.
Jekk il-Kunsill hekk jidhirlu xieraq, jista’ jikkummissjona s-servizz tal-Gwardjani Lokali waqt li jkun qed isir ix-xogħol.

Xogħol ta’ trinek
Kull xogħol ta’ trinek li jsir fl-Għasri jkun jista’ jsir wara li joħroġ il-permess mill-Kunsill.

Ħlas ta’ Liċenzji Kummerċjali/Kirjiet ta’ artijiet tal-Gvern/Ċitazzjonijiet tal-Gwardjani Lokali u Pulizija. Il-Kunsill jaċċetta ħlasijiet dwar dawn waqt il-ħinijiet tal-Uffiċċju.