L-Għasri

Knejjes

Print this page

 

parrocca

Il-Knisja Parrokkjali ta' L-Ghasri

Il-Knisja tar-rahal ta' L-Ghasri kienet disinjata mill-qassis lokali, Dun Guzepp Diacono.  Il-Knisja nbniet fil-bidu tas-seklu ghoxrin. L-ewwel gebla tpoggiet fis-6 ta' Settembru 1903 u fid-9 ta' Jannar 1916, il-Knisja giet imbierka.  Il-Knisja hija dedikata lill-Gisem u d-Demm Imqaddes tas-Sinjur Taghna Gesu Kristu; titular uniku fiz-zewg gzejjer.  Il-Kwadru titurali jirrapprezenta l-Ahhar Cena; sar fl-1917 u huwa ta' Lazzaro Pisani.  L-istatwa Titulari tirrapprezenta lill-Kristu Ewkaristiku s-Salvatur; inhadmet mill-istatwarju Ghawdxi Michael Camilleri Cauchi fis-sena 1982.  Il-Festa Titulari tigi ccelebrata fl-eqreb Hadd vicin il-festa liturgika tal-'Corpus Domini'.

pat 

Il-Bażilika tal-Patroċinju tal-Verġni Marija

Din il-knisja żgħira, li qegħda fit-tarf ta’ Triq il-Knisja u fil-bidu ta’ Triq Wied il-Għasri, kienet l-ewwel bażilika tal-gżira ta’ Għawdex. Din il-kappella nbniet diversi drabi matul iż-żmenijiet, kienet imwaqqfa b’digriet mogħti mill-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore f’Ruma. Għalhekk, nhar it-3 ta’ Settembru 1786, din il-kappella ma baqgħetx taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-awtoritajiet ekleżjastiċi lokali. Din il-kappella ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Vincenzo Labini fil-10 ta’ Mejju 1789. Ir-Rettur ta’ dak iż-żmien kien ir-Rev. Dun Gużepp Schembri (1776-1821).

Barra minn hekk, din il-Kappella saret u baqgħet għal tul il-161 sena ta’ wara, l-unika kappella tal-kampanja li kienet ikkonsagrata f'Għawdex. Il-pittura tal-Patroċinju tal-Verġni Marija fuq l-altar prinċipali, hi pittura ta’ Franċesco Zahra ta’ l-1739,

Ir-Rettur preżenti hu il-Kan. Dun Ġużepp Żammit, li ilu għal ħafna snin jieħu ħsieb il-bżonnijiet ta’ din il-kappella b’dedikazzjoni kbira sa mill- 21 ta’ Novembru 1966. Il-festa tal-Madonna tal-Patruċinju hi ċċelebrata kull sena fit-tieni Ħadd ta’ Ottubru.


Il-Kappella ta’ San Pupulju

Din il-Kappella tinsab fi sqaq li tidħol fih minn Triq Għammar. Kienet mibnija mir-Reverendu Dun Ġużepp Cassar (1803-1866) fuq l-istess post fejn qabel kien hemm kappella oħra eqdem u ddedikata lil San Leonardu.

L-ewwel ġebla tal-Kappella tqegħdet fis- 26 ta’ Lulju 1850. Ix-xogħol tal-kostruzzjoni ttella’ fi ftit aktar minn sentejn. Ġiet imbierka fil- 10 ta’ Ottubru, 1852 mill-Arċipriet tal-Għarb ir-Rev. Dun Salv Mizzi.

Iż-żewġ qniepel ta’ din il-kappella jisimhom Publiju u Pawlu. Il-festa ta’ San Publiju tinżamm fit-tielet Ħadd ta’ Jannar.

kap