Ix-Xagħra

Attivitajiet/Korsijiet

Print this page

2012

Festa Tradizzjonali ta' Sant'Anton Abbati, il-Ħadd 15 ta' Jannar 2012, Ix-Xagħra - poster - programm

2011

"Gaude et Laetare", Kunċert tal-Milied  għafas hawn biex tara l-poster

Festival tat-Tin 8 ta' Ottubru 2011 għafas hawn biex tara l-poster

"Pjazza Alive" nhar it-30 ta' Lulju 2011  għafas hawn biex tara l-Istqarrija għall-Istampa


fl-okkazzjoni ta’ JUM IX-XAGĦRA
organizzati mill-Kunsill Lokali Ix-Xagħra

Mill-Erbgħa 27 sas-Sibt 30 ta’ April 2011

L-Erbgħa 27 ta’ April: Jum l-Anzjani x-Xagħrin.

Bejn id-9.00am u s-2.00pm, il-Kunsill ser jorganizza ħarġa Malta għall-anzjani x-Xagħrin li jattendu c-Ċentru tagħhom ta’ matul il-jum. Din il-ħarġa ser tinkludi żjara għall-festa tradizzjonali ta’ San Girgor il-Kbir li tiġi organizzata kull sena fiz-Żejtun.

Il-Ħamis 28 ta’ April: Jum it-Tifkira tat-323 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parroċċa tax-Xagħra.

9.30am: Fire Drill Show għat-tfal mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fil-bitħa tal-Iskola Primarja.

7.00pm: Konċelebrazzjoni Solenni ta’ ringrazzjament lil Alla fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina mmexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo. Għal din iċ-ċelebrazzjoni qed ikunu mistiedna l-ex-Sindki u l-ex-Kunsilliera tal-Kunsill flimkien mal-poplu x-Xagħri.

7.45pm: Fis-sala ‘Dun Alwig Camilleri’ fil-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Victory, issir l-inawgurazzjoni ta’ wirja ta’ ritratti dwar l-istorja tal-Isports fix-Xagħra. Wara, isir riċeviment għall-membri tal-għaqdiet soċjali tal-Parroċċa fil-foyer tal-Każin.

Il-Ġimgħa 29 ta’ April: Jum it-tfal u ż-żgħażagħ ix-Xagħrin.

Bejn id-9.00am u s-2.00pm: Zjajjar mit-tfal tal-iskola Primarja tar-raħal tagħna fil-Librerija Pubblika “Patri Gigi Camilleri SJ” amministrata mill-Kunsill Lokali.

Mit-8.30pm ‘il quddiem: Serata muzikali għaz-zgħazagħ ix-Xagħrin quddiem ix-Xagħra United Football Club fi Triq l-Arċipriet Gużepp Diacono bis-sehem ta’ bands u DJs lokali.

Is-Sibt 30 ta’ April: JUM IX-XAGĦRA.

Bejn l-10am u nofsinhar, isiru zjajjar edukattivi f’diversi siti storiċi li għandna fix-Xagħra.

Bejn is-2pm u 5pm, isiru tournaments tal-futbol fil-grawnd tal-lokalita’.

8.00pm: SERATA PRINĊIPALI TA’ JUM IX-XAGĦRA – Qari ta’ poeżiji dwar ir-raħal tagħna, kant, diskors ta’ tifkira u l-għoti tal-unur ‘ĠIEĦ IX-XAGĦRA 2011’ lill-persuna li tkun kwalifikat għalih. Tieħu sehem il-Banda Victory.