Ix-Xagħra

Ritratti tal-Elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali

Print this page

Elezzjonijiet

L-Ewwel Leġislatura - Data tal-Elezzjoni - 19 ta' Novembru, 1994

photo1

 

Il-Kunsill Lokali Xagħra ġie mwaqqaf permezz ta' Att tal-Parlament f'Ġunju 1993.

L-ewwel elezzjoni tal-Kunsill Lokali saret nhar is-Sibt 19 ta' Novembru 1994. Ir-ritratt li nsibu hawn fuq huwa tal-Kunsill ta' l-ewwel leġislatura.

Mix-xellug għal-lemin: Saviour Bonello (Indipendenti), Anthony Attard (PN), Joseph Grima (PN), Mario Xerri (PN), Maria Stella Buttigieg (Indipendenti) u Joseph Azzopardi (Segretarju Eżekuttiv). Is-Sur Mario Xerri kien l-ewwel Sindku tal-lokalita' tagħna. Nhar it-18 ta' April 1996, is-Sur Xerri irriżenja minn kariga ta' Sindku imma baqa' jokkupa l-kariga ta' kunsillier fi hdan il-Kunsill. F'elezzjoni każwali li saret fis-26 ta' April 1996, is-Sur Joseph Grima kien elett biex ikun Sindku għall-bqija ta' dik il-leġislatura. F'Awwissu 1996, is-Sinjura Maria Stella Buttigieg irriżenjat mill-Kunsill. F'elezzjoni każwali li saret ftit jiem wara, is-Sur Raymond Mifsud kien elett kunsillier ġdid biex jieħu postha għall-bqija tal-leġislatura.


It-Tieni Leġislatura - Data tal-Elezzjoni - 14 ta' Marzu, 1998 

photo2

It-tieni elezzjoni tal-Kunsill inżammet nhar is-Sibt 14 ta' Marzu 1998. Ir-ritratti juri l-kunsilliera tat-tieni leġislatura.

Mix-xellug għal-lemin: Joseph Micallef (PN), Raymond Mifsud (Indipendenti), Dr. Aaron Attard Hili LLD (PN), l-Onorevoli Ministru Alfred Portelli (responsabbli mill-Kunsilli Lokali), Saviour Bonello (Indipendenti), Anthony Attard (PN) u Joseph Azzopardi (Segretarju Eżekuttiv). Fis-sena 2000, il-kunsillier Dr. Aaron Attard Hili irriżenja mill-Kunsill u f'elezzjoni każwali li saret ftit wara, is-Sinjura Maria Assunta Attard ġiet eletta biex tkompli tokkupa l-kariga ta' kunsillier minfloku. Is-Sindku kien is-Sur Anthony Attard.


 It-Tielet Leġislatura - Data tal-Elezzjoni - 10 ta' Marzu, 2001

photo3

It-tielet elezzjoni tal-Kunsill saret nhar is-Sibt 10 ta' Marzu 2001. Ir-ritratt juri l-kunsilliera tat-tielet leġislatura.

Mix-xellug għal-lemin: Joseph Cordina (PL), Anthony Attard (PN), Carmelino Refalo (PN), Saviour Bonello (PL), Maria Assunta Attard (PN) u Joseph Azzopardi (Segretarju Eżekuttiv). Is-Sindku għal-leġislatura 2001-2004 kien is-Sur Anthony Attard.


Ir-Raba Leġislatura - Data tal-Elezzjoni -12 ta' Ġunju, 2004

photo4

Ir-raba' elezzjoni tal-Kunsill Lokali Xagħra nżammet nhar is-Sibt 12 ta' Ġunju 2004 fl-istess jum li matulu nżammu l-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej. Ir-ritratt juri l-kunsilliera tar-raba' leġislatura.

Mix-xellug għal-lemin: Mary Carmen Bajada (PL), Joseph Spiteri (PN), Carmelino Refalo (PN), Anthony Attard (PN), Joseph Cordina (PL) u Joseph Azzopardi (Segretarju Eżekuttiv). Is-Sindku għal din il-leġislatura kien is-Sur Joseph Spiteri.


Il-Ħames Leġislatura - Data tal-Elezzjoni - 10 ta' Marzu, 2007

photo5

Il-ħames elezzjoni tal-Kunsill saret nhar is-Sibt 10 ta' Marzu 2007. Ir-ritratti juri l-kunsilliera tal-ħames leġislatura. Mix-xellug għal-lemin: Dr. Kevin Cutajar LLD (PN), Joseph Bartolo (PN), Dr. Christian Zammit LLD (PL), Mary Carmen Bajada (PL), Joseph Cordina (PL) u Joseph Azzopardi (Segretarju Eżekuttiv). Is-Sindku għal din il-leġislatura huwa s-Sur Joseph Cordina.

Is-Sitt  Legislatura - Data tal-Elezzjoni - 10 ta' Marzu 2012

photo6

Mix-xellug għal-lemin:George Refalo (Aġent Segretarju Eżekuttiv), Dr. Kevin Cutajar (Kunsillier PN), Victor Zammit (Kunsillier PL), Dr. Christian Zammit (Kunsillier PL), Joe Cordina (Sindku PL), Aaron Agius (Viċi Sindku PL), Dr. Joseph Attard (Kunsillier PN) u Maria Grima (Kunsilliera PN).)