Ix-Xagħra

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

Ix-Xagħra hija mibnija fuq għolja lejn il-Grigal ċentrali tal-gżira t’ Għawdex. Tinsab kemm kemm inqas minn erba’ kilometri ‘l bogħod mir-Rabat, il-belt tal-Gżira, u tiġi deskritta bħala l-villaġġ tal-mara tal-fertilità u l-villaġġ tal-Madonna. Ix-Xagħra kien wieħed mill-ewwel postijiet abitati f’Għawdex. F’dokumenti bikrin, l-art watja jirreferu għaliha bħala Ix-Xagħret il-Għażżenin. Fi żminijiet moderni, l-ewwel li ġiet kolonizzata kienet il-quċċata ta’ l-għolja, b’mod adattat imsejħa tal-Qaċċa. Din il-kelma kienet ġiet Taljanizzata għal kelma Caccia, l-isem li bih il-lokalità tiġi msemmija fil-maġġoranza tad-dokumenti sa qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. L-aktar parti antika tal-villaġġ illum hija msejħa Sant’Anton, wara d-dedika ta’ kappella Medjevali dedikata lil Sant’Anton l-Abbati. Fl-ilsien mitkellem il-post kien ta’ spiss imsejjaħ ix-Xagħra, letteralmet art watja mgħottija b’ċapep ta’ ħamrija ħamra. L-isem huwa meħud mit-tieni settur jew erja ċentrali ta’ l-għolja magħrufa bħala Ix-Xagħret il-Għażżenin, tar-ragħja. Eventwalment l-isem ix-Xagħra inxtered u kien ġie aċċettat.


It-tielet parti tal-villaġġ li żviluppat fuq in-naħa tal-Lvant ta’ l-għolja saret magħrufa bħala Ta’ Gajdoru. Jingħad li l-isem huwa meħud minn kappella tal-Verġni Marija tal-Ferħ, bil-Latin Gaudiorum, li darba kienet hemm fil-post, iżda hemm dubji dwar dan. Din il-parti llum tissejjaħ Tan-Nazzarenu, wara dedika ta’ kappella oħra li kienet inbniet hemmhekk fil-bidu tas-seklu għoxrin. Fit-taħdit jirreferu għaliha bħala t’hemm isfel. L-isem ix-Xagħra kien imniżżel għall-ewwel darba bħala thax ahara fl-atti tan-Nutar Joannes Bondin (Notarial Archives, N A V, R 69) TAS-17 TA’ Frar 1518. L-abitanti tal-villaġġ jirreferu għalihom bħala ix-Xagħrin.