Ix-Xagħra

Skejjel

Print this page

Skola Primarja Patri Mattew Sultana

Din l-Iskola Primarja tinsab fi Triq it-Tiġrija u hija msemmija għal Patri Mattew Sultana li kien poeta x-Xagħri li għamel ħafna ġid bil-kitba tiegħu. L-iskola tipprovdi edukazzjoni primarja lil dawk it-tfal kollha li jagħmlu użu mis-servizzi tagħha.

Surmast preżenti:  Is-Sur Joseph Rapa

Assistent Surmast: Is-Sinjura MaryAnne Zammit

Numru tat-telefon:  21 556719.

Fergħa ta' l-MCAST (Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija)

Din il-fergħa ta' l-MCAST li tinsab annessa ma' l-iskola primarja tar-raħal tagħna tipprovdi tagħlim bażiku u avvanzat fil-kompjuters lil dawk l-istudenti li għażlu li ma jkomplux l-istudji post-sekondarji jew terzjarji tagħhom. In-numru ta' studenti li jagħmlu użu minn din il-fakolta' huwa wieħed inkoraġġanti.