Ix-Xagħra

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

Nixtiequ nfakkru lir-residenti tagħna li kull l-aħħar Ħadd tax-xahar, il-Mitħna ta’ Kola u t-tempji pre-istoriċi tal-Ġgantija qed ikunu miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas bejn it-8.30am u t-3.00pm. Għaldaqstant, aħna ninkoraġġixxu lil kulħadd biex jieħu din l-opportunità u jżur dawn is-siti ta’ attrazzjoni unika.

Servizz ta' ġbir ta' skart goff

Servizz ta' ġbir ta' skart domestiku

Fl-inħawi residenzjali tax-Xagħra, il-limitu ta' veloċita' huwa ta' 35 kilometru fis-siegħa. Huwa importanti li dan il-limitu ma jkunx maqbuż.

Ħlasijiet ta' kontravvenzjonijiet tat-traffiku.

Ċentru ta' Matul il-Jum għall-anzjani - jiltaqa' kull nhar t'Erbgħa.

Gbir ta' diversi formoli

Permessi għal użu ta' krejn jew makkinarju ieħor.

Permessi għal depożitu temporanju ta' materjal tal-bini jew oġġetti oħra fi kwalunkwe triq.

Permessi għat-tqegħid temporanju ta' mwejjed u siġġijiet.

Permessi għal attivitajiet ta' divertiment pubbliku jew xi attivita' oħra simili.

Permessi għall-awtorizzazzjoni biex wieħed ikun jista' jorganizza attivita' open air.

Applikazzjoni għat-tqegħid ta' gabbani, kiosks jew automatic vending machines.

Annessa mal-bini tal-Kunsill, hemm ukoll il-klinika tal-Gvern - din tiftah mit-Tnejn sal-Gimgha bejn il-11.30 u nofsinhar.

Il-Kunsill Lokali x-Xagħra joffri wkoll is-servizz ta' librerija pubblika. Il-Librerija ġġib l-isem "Patri Ġiġi Camilleri" u kienet ġiet inawgurata nhar is-Sibt 3 ta' Marzu 2007. Il-ġranet u ħinijiet tal-librerija huma kif ġej: It-Tnejn u l-Ġimgħa bejn 8.30am u 12.00pm filwaqt li nhar ta' Erbgħa, il-librerija tkun miftuħa bejn 12.00pm u 4.00pm. Il-librara hija l-Assistant Prinċipal Josephine Sultana.