Ta' Xbiex

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

L-isem Ta’ Xbiex evolva minn ‘tax-xbiek’ li tfisser post għax-xbieki. Għalkemm il-peniżola Ta’ Xbiex hija magħluqa minn kull naħa, ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex idur madwar għolja fejn jinsabu villel ħelwin li jħarsu lejn il-port ta’ Marsamxett. Meta l-armata ta’ Napoljun issakkru ġewwa l-kapitali fl-1798, Ta’ Xbiex kien wieħed mill-postijiet fejn il-Maltin żammu għassa fuq l-invażuri Franċiżi.

Fid-29 ta’ Settembru 2007 il-Coastal Forces Heritage Trust f’kordinazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex fakkar l-irġiel u n-nisa tar-Royal Navy u l-Forzi Kostali ta’ l-Allejati li kienu bbażati fuq l-HMS Gregale fit-Tieni Gwerra Dinjija.

L-HMS Gregale kien jikkonsisti f’erba’ villel fuq it-terrazza ta’ Ta’ Xbiex, fejn waħda minnhom kienet isservi ta’ Kwartieri Ġenerali għall-Kaptan tal-Forzi Kostali. Il-garaxxijiet taħt ir-rampa kienu jservu ta’ workshops u d-dar kbira Whitehall kienet il-bażi għall-WRNS.