Ta' Xbiex

Knejjes

Print this page

Il-Knisja Parrokjali "San Ġwann tas-Saliba"

Fost l-ewwel rezidenti f’Ta’Xbiex, kienu l-Membri tal-Ordni skalzi Karmelitana ta’ Santa Tereża. Huma anteċipaw żvillup fil-Belt il-ġdida, u fl-1948 huma bdew iqaddsu quddiesa minn ġo garaxx. Fi żmien sena, il-patrijiet poġġew l-ewwel ġebla tal-Kunvent tagħhom, fuq art li kienet ġiet mogħtija lilhom mill-Baruni Pietru Pawl Testaferrata Moroni Viani.