Tas-Sliema

Dħul

Print this page

l-Istorja tal-Lokalita

Assedju ta’ Malta

Il-lokalitá ta’ Tas-Sliema ħadet isimha minn kappella dedikata lill-Verġni Marija taħt it-titlu ta’ Stella Maris (Star of the Sea), li kienet isservi ta’ sinjal u punt ta’ referenza għall-ftit sajjieda li kienu jgħixu f’dawk l-inħawi. L-isem jista’ għalhekk ikun relatat ma’ l-ewwel kliem tat-talba Sliem Għalik Marija. Sliem bil-Malti tfisser paċi.

Fl-Assedju l-kbir tal-1565, il-Qortin, kif kien magħruf dak iż-żmien, kien kamp għal truppi Torok immexxija minn Dragut. Hemmhekk huwa ltaqa’ mad-destin tiegħu meta nqatel minn bombardiment mill-Forti ta’ Sant Iermu fuq in-naħa l-oħra tal-Port ta’ Marsamxett, fejn tinsab Tas-Sliema. Forti Tigne eventwalment kienet ġiet żviluppata mill-Kavallieri ta’ San Ġwann fi tmiem it-tmintax il-seklu u żviluppat aktar taħt Ingliżi aktar tard.

Il-Perijodu Brittanniku

Fl-1855 inbniet knisja oħra dedikata lil Madonna ta’ Stella Maris. Il-villaġġ kiber f’belt madwar il-knisja l-ġdida. Sa l-1878, il-popolazzjoni tant kibret li l-awtoritajiet reliġjużi ddikjaraw lill-Knisja ta’ Stella Maris parroċċa fiha nnifisha u kienet ġiet separata minn dik ta’ Birkirkara.

Il-belt bdiet tiżviluppa rapidament fit-tieni nofs tas-seklu dsatax u aktar tard saret popolari bħala lok tal-vaganzi tas-sajf għar-residenti sinjuri ta’ Valletta. Il-villel eleganti u d-djar tagħhom iddelinjaw it-toroq interni u kwieti. Bosta bini Vittorjan sebbaħ it-tliet kilometri ta’ wesgħa li kienet tagħti fuq blat, irziezet u kif ukoll lejn bajja żgħira tar-ramel. Ir-razzett kien ġie mitluq u fl-1990 inbidel fi ġnien mal-kosta magħruf bħala Ġnien Indipendenza.

Fit-toroq ta’ ġewwa għad fadal xi djar Vittorjani kif ukoll art nouveau għalkemm jonqos ftit biss minn dawn maġenb il-linja tal-kosta, hekk kif kien hemm żvilupp modern sinifikanti ta’ blokok ta’ apartamenti u hotels. Grupp distint ta’ sitt idjar tradizzjonali baqa’ intatt f’Belvedere Terrace, maqtugħ minn ix-Xatt (the Strand). Dawn id-djar iħarsu lejn Manoel Island lejn nofsinhar faċċata tax-xmajra ta’ Tas-Sliema (Sliema Creek); dawn id-djar huma protetti u l-bini iqsar ta’ bejniethom u x-Xatt ma jistax jinbena ‘l fuq.

Fl-1881 l-ewwel distillerija ta’ l-ilma baħar fuq il-gżira inbniet f’Tas-Sliema (biex tipprovdi l-lilma lill-kwartieri ta’ l-Ingliżi fuq il-frant tal-baħar ta’ Tigne. Fl-1882 id-distillerija ingħalqet. Il-bini għadu hemm illum u mill-1882 ġie okkupat minn stamperija. Il-kwartieri li hija kienet tissupplixxi bl-ilma ġew imwaqqa’ fl-2001 biex jagħmlu post għall-iżvilupp ta’ Tigne Point.
Il-belt għandha numru konsiderevoli ta’ toroq imsemmija għal gvernaturi jew postijiet Ingliżi, bħall Norfolk Street, Prince of Wales Road (li fil-fatt kienet infetħet mill-Prinċep Albert innifsu meta żar il-gżira), Windsor Terrace, Graham Street, Milner Street u Fort Cambridge fost oħrajn.

                 
View Larger Map