San Pawl il-Baħar

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

Kura Primarja:
Servizz mediku kull jum

Ġbir ta' Skart Goff:
It-Tlieta, l-Ħamis, u s-Sibt

Ġbir ta' Skart Domestiku:
Mit-Tnejn sas-Sibt mis-7.00am 'l quddiem

Ġbir ta' Skart Riċiklabbli:
Il-Ħamis min-12.00pm 'l quddiem

Korsijiet offruti mill-Kunsill:
Komputer
Korsijiet għall-Adulti ta' l-ingliż (filgħaxija)
Korsijiet għall-Adulti tal-Malti (filgħaxija)
Aerobics
Yoga
Għawm
Crafts
Make-up
Germaniż
Taljan
Parenting Skills

Librerija
Skola Primarja Patri Felic Sammut

Servizzi offruti mill-Kunsill kull jum:

Knis mit-Tnejn sas-Sibt
Jekk resident jara li t-toroq ma ġew imnaddfa skont l-iskeda, jistgħu jikkuntatjaw lill-Kunsill mingħajr dewmien. Il-koperazzjoni tagħkom sabiex jinżamm San Pawl il-Baħar naqif hija apprezzata.

Separazzjoni ta' l-iskart
Bring-in-Sites fil-lokalita' qedgħin:
• Burmarrad.
• ħdejn il-futbol grawnd
• ħdejn Ta’ Fra Ben.
• ħdejn il-Boathouses quddiem il-lukanda Seaview
• ħdejn is-Sirens.
• ħdejn l-Iskola Primarja
• ħdejn il-Masġar Olimpiku
• ħdejn il-bini tal-protezzjoni ċivili

• ħdejn il-Bus Terminus
L-iskart isseparat għandu jintefa fil-bin indikat

Avviżi fin-Notice Boards
Hemm disa' notice-boards li qegħdin:
• ħdejn il-Knisja tal-Kappuċini,  Xemxija
• ħdejn il-Masġar Olimpiku
• ħdejn l-iskola primarja Patri Felic
• Erba’ Mwieżeb
• ħdejn il-futbol grawnd
• ħdejn Ta’ Fra Ben.
• ħdejn il- Bus Terminus.
• ħdejn il-Knisja Parrokkjali, Qawra.
• ħdejn il-Knisja Parrokkjali, Burmarrad.
L-Avviżi jitqegħdu kull ġimgħa

Skips Industrijali miftuħa
Il-Kunsill joffri s-servizz ta' skips industrijali miftuħa għall-iskart domestiku u skart goff

Tindif ta' toroq mhux urbani
Qtugħ ta' ħaxix ħażin isir regolarment ħabba s-sigurta' tat-toroq.   Għalkemm huwa llegali li indivdwu jarmi skart fil-kampjani, u għalhekk li min jinqabad jarmi jiġi mmultat, il-Kunsill joffri tindif ta' kull skart li jintefa fiż-żoni mhux urbani.

Tibdil ta' lampi ta' dawl fit-toroq

Kull lampa fit-triq li hija responsabbilta' tal-Kunsill għandha numru.  Fejn hemm xi ħsara għandu jiġi rrapurtat lill-Kunsill u jingħata n-numru tal-lampa, il-kuntrattur għandu jirranġa sa erbgħat ijiem.

Żamma u Manutenzjoni ta' Soft Areas
Kull siġra matul il-promenad kif ukoll fis-soft areas madwar il-lokalita' jiġu miżbura kull sena u jingħataw ilma regoarlment bħala parti miż-żamma tajba tal-ambjent tal-lokalita'

Żamma u Manutenzjoni ta' Sinjali u marki tat-traffiku
Dawn is-sinjali u marki tat-traffiku isiru kull sena biex ikun hemm sigurta' fit-toroq.  Sinjali u marki ġonna bħala parkeġġ riserjat u un/loading jiġu approvati mill-Awtorita' dwar it-Trasport qabel ma jiġu mplimentati.

Żamma u  Manutenzjoni ta' Latrini Pubbliċi
Il-Kunsill jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' erbgħa latrini pubbliċi fosthom:
Il-ħinijiet ta' ftuħ tas-sit


Is-sit ikun miftuħ:

Post Minn Ottubru - Mejju Minn Ġunju sa Settembru
Olympic Park Xemxija 07.00 - 19.00 07.00 - 23.00
Triq Parades San Pawl il-Baħar 10.00 - 19.00 07.00 - 23.00
Il-Bajja Bognor, Buġibba 09.00 - 19.00 07.00 - 23.00
Ta' Fra Ben, Qawra 09.00 - 19.00 07.00 - 23.00

Trasport kull jum għall-adulti għaċ-Ċentru ta' matul il-Jum
Parti mill-ospitalita' għall-Adulti tal-Komunita' , il-Kunsill iħallas għas-servizz ta'  trasport minn u għaċ-Ċentru ta' matul il-jum għall-Adulti kif ukoll għat-trasport għall-ħarġiet kulturali organizzati mill-istess Ċentru.
Kull resident adulti huwa eliġibbli

Trasport għas-Skolasajf
Il-Kunsill iħallas ukoll għat-trasport tat-tfal residenti fil-konfini ta'  San Pawl il-Baħar li jattendu Skolasajf fl-iskola primarja governattiva.  Mhux resident huma mitluba jħallsu miżata minima.

Servizz ta' l-Internet
Il-Kunsill joffri servizz ta' l-internet b'xejn lir-residenti.  Minn għandu Wifi subscriber laptop jista' jagħmel użu minn dan is-servizz bla ebda ħlas ġewwa l-Kunsill matul ħinijiet ta' l-uffiċċju.

Tindif tal-Bajja
Il-Kunsill, flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu jieħu ħsieb li l-bajjiet jinżammu nodfa kemm jista' jkun.  Il-Koperazzjoni tal-Pubbliku biex tinżamm l-indafa hija apprezzata. Il-Kunsill għamel bramel ta' l-iskart għall-użu tal-Pubbliku.
Il-Kunsill jipprovdi wkoll slalen għall-użu ta' l-għawwiema.
Ħadd ma għandu jitfa' skart fil-baħar:  dan huwa ħmieġ u jista' jkun ta' ħsara!

Permessi mill-Kunsill Lokali
Regolament ta' l-2002 dwar Attivitajiet li jirrikjedu permess mill-Kunsill:
- tpoġġija ta' skips f'proprjeta' pubblika.
- tpoġġija ta' makkinarju f'proprjeta' pubblika
- depositu ta' materjal ta' bini f'proprjeta' pubblika
- depositu u użu ta' Krejn u makkinarju f'proprjeta' pubblika
- tpoġġija ta' mwejjed u siġġijiet f'proprjeta' pubblika f'okkażżjonijiet speċjali ħabba xi servizz
- tpoġġija ta' kjosk
- Attivitajiet ta' divertiment
Għandha titħallas miżata skont dawn ir-regolamenti.
Fejn ikun hemm bżonn, il-Kunsill ikun irid iqabbad servizz ta' gwardjan lokali waqt li jkun qed isir ix-xogħol.

Xogħol ta' trinek

Kull xogħol ta' trinek għandu bżonn il-permess mill-Kunsill Lokali u ta' l-entitajiet ikkonċernati.

 (TP6) Permit for Plant Maintenance and Street/Road Surface Repair Works not exceeding the total surface area of 5.00sq.m. and maximum of 1.5m in depth.

Tista' ġġib l-applikazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali.   Għadek bżonn ċertifikata ta' assikurazzjoni. Il-permess imbagħad jinħareġ mill-Kunsill skont l-Avviż legali 313 tal-2002.
(TP1) Permits for:
- the excavation of long trenches with a size over 5 sq m in surface area, by one and a half metres in depth
- road scarifying and resurfacing
- new construction of a road
- reinforcement of abutting road
Applikazzjoni TP1 tista' tiġi rreġistrata ġewwa l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali, fl-Awtorita' dwar it-Trasport  jew ġo entita' oħra.  Wara l-approvazzjoni ta' entitajiet differenti, il-permess jinħareġ mill-ADT skont Kapitlu 10, Sezzjoni 29 - Kodiċi tal-liġi tal-Pulizija.

Liċenzji tan-negozju
Pagamenti għal-liċenzji tan-negozju jiġu aċċettati fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali matul il-ħinijiet tal-uffiċċju. Tingħata rċevuta awtomatika u ċertifikat ma' kull pagament.

Ħlasijiet ta' kontijiet
Il-Kunsill jilqa' l-ħlasijiet ta:

Ħlas ta' kera ta' proprjeta' pubblika
Pagament ta' l-invoice maħruġ mid-Dipartiment ta' l-Artijiet jista' jsir ġoa l-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali.  Ma' kull pagament tingħata rċevuta awtomatika
Jiġi apprezzat li jingħata l-ammont eżatt mitlub fl-invoice.

Ħlasijiet ta' ċitazzjonijiet mill-Pulizija u mill-Gwardjani Lokali
Il-Pagament jista' jsir fl-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali matul il-ħin tal-uffiċċju.
- l-ebda pagament ma jiġi aċċettat wara tlett ijiem qabel is-seduta tat-Tribunal.  Irċevuta awtomatika tingħata ma' kull pagament


Avviżi fuq għamara tat-toroq
Kumpaniji jew individwi li jixtiequ jagħmlu avviżi fuq għamara tat-toroq fil-lokalita' għandhom iħalsu miżata lill-Kunsill skont kif stipulat fil-bye-laws.