San Pawl il-Baħar

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page


Il-Lokalita' ta' San Pawl il-Baħar hi magħrufa bħala l-iktar post turistiku fuq il-gżira tagħna. Parti sostanzjali tal-popolazzjoni tal-gżira, madwar 60,000 jiġu jqattgħu x-xhur tas-Sajf hawnhekk. L-bqija tas-sena, il-post jerġa' jakkwista t-trankwilita tiegħu. Fost il-postijiet ta' interess li wieħed jista' jżur hemm, Xemxija Heritae Trail, Ċentru tat-tkabbir taż-Żebbuġ f'San Pawl Milqi - Burmarrad, banjijiet Rumani f'Buġibba, Planet Walk mal-promenade fil-Qawra, Torri Wignacourt, Akkwadotti mibnija mill-Gran Mastru Adolf de Wignacourt fil-Pwales. Fost postijiet sagri insibu l-Paroċċa Marija Addolorata f' San Pawl il-Baħar, Kappella tal-Lunzjata fis-Salina, kappelli tal-Immakulata Kunċizzjoni, Kappella tal-Madonna tal-Abbandunati, Madonna tal-Grazzja, San Ġwann Battista, u San Ġorġ fil-Wardija, Kappella Madonna tal-Karmnu - ix-Xagħra tal-Bandieri, Kappella ta' Għajn Rihanna u ta' San Martin, Kappella tal-Ħġejjeġ u dik ta' San Massimiliano Kolbe fil-Qawra.