Ħal Tarxien

Aktar Postijiet ta' interess

Print this page

(Tagħrif miġbur minn Jos. A. Farrugia)


It-Tempji Neolitici (2500 bc)

It-tempji ta' Ħal Tarxien, huma magħrufa bħala kumpless ieħor ta' tliet tempji, li jixhdu sa fejn kien laħaq żviluppa moħħ il-bniedem preistoriku. Ir-raba' tempju ftit baqa' jidher minnu.

Ġew skavati mill-Professur Temi Zammit fis-snin bejn l-1915 u l-1920 u ta spjega tagħhom f'"The Prehistoric Temples of Tarxien" (Oxford 1918). B'rihet din il-kitba tiegħu kien pogga lil Malta (u s'intendi lil Ħal Tarxien) fuq il-mappa ta' l-arkeolo[ija tad-dinja.

Meta Temi Zammit kien qed inaddafhom mill-għabra taż-żmien, u jdomm il-fdalijiet li tħallew mill-qirda tal-bniedem mal-milja taż-żmien, kien qisu qed iqalleb pagna ta' ktieb ta' l-Istorja.

Mill-mudelli, jew fdalijiet tagħhom, li nstabu fit-tempji nistgħu nobsru kif kienet mibnija l-faċċata tagħhom. Hemm tliet tempji, wieħed isbaħ mill-ieħor, izda lkoll jinfdu ma' xulxin. L-ewwel tempju hu dak li tersaq lejh biex tidhol izzurhom, bil-bitha nofs qamar.

Kif tidhol jidher li maz-żmien kien sar bosta tibdil fis-sura ta' arkitettura. Fuq il-lemin hemm fdal ta' statwa kbira ta' mara, wieqfa, miksura minn nofsha. U fuq ix-xellug fl-art hemm gebel, lastri, imnaqqxa fuqhom annimali, bħal hniezer, ngħag jew mogħoz, aktarx bhejjem li kienu juzaw għas-sagrifiċċji.

It-tieni tempju, tan-nofs, li tidhol għalih minn passaġġ maqtugħ mill-ewwel tempju, huwa uniku f'Malta għax għandu tliet settijiet ta' kmamar, u mhux ta' tnejn bhat-tempji l-ohra. Jista' jkun li l-inhawi ta' Ġewwa huma l-eqdem, u ziedu magħhom aktar tard. Il-hitan sbieh u għolja, qishom mincuttjati, jew ingastati b'sengħa kbira. Fin-nofs hemm bħal hawt kbir fejn kienu jżommu n-nar jaqbad, tant li l-hitan tal-qrib għandhom lewn ahmar, effett tal-hruq. Fuq ix-xellug hemm il-kamra mibnija fuq dik l-għamla ta' bini fil-Hypogeum, li tista' turi li kienu jsaqqfu billi joħorġu l-ġebla ta' fuq il-kbira mqiegħda minn tulha fl-art, wieqfa, maħruġ[a aktar ‘il barra, ta' fuqha aktar 'il barra, u tibqa' sejra hekk sakemm bħal tagħlaq fuq nett, f'għamla ta' koppla. Din is-sistema hi magħrufa bl-isem ta' corbelling. Fil-ġenb hemm niċċa li setgħet kienet għad-dhiba li jkunu ssagrifikaw.

Il-qiegħa ta' l-art hi ċċangjata b'gebel kbir bħal hitan, u tqiegħdu hemm mimduda billi ngarru fuq boċċi kbar tal-gebel. F'dak ix-xaqq, jew vojt li hemm fuq ix-xellug qabel tidhol għat-tielet tempju, għadha tidher il-boċċa mitfugħa taht il-blata. L-artar fin-nofs maqtugħ għalih mill-bqija tal-kmamar; u ġebla minquxa bi spiralli tagħlaq il-bieb tiegħu. Hemm ukoll barri u hanzira bi tlettax-il wild minquxin fil-blat. It-tielet tempju tidhol għalih mit-tieni. Sew sew qabel tgħaddi għalih, fuq ix-xellug, hemm ftit turġien li donnhom kienu jagħtu għal x'imkien. Evans, l-arkeologu Ingliz li kien kuratur fil-Muzew, kiteb ktieb dwar l-arkeologija Maltija, jgħid li dawk it-turġien setgħu kienu mnejn il-qassis tat-tempju kien jitla' biex jidhol fis-sancta sanctorum. L-għamla tat-tielet tempju tixbah hafna lill-ewwel, iżda iżgħar.

L-arkeologu Taljan, L. M. Ugolini li kien ġie f'Ħal Tarxien u kompla skava dawn it-Tempji, kien saħaq bil-qawwa kollha li dawn it-Tempji kienu xogħol ta' nies tal-Preistorja (3000 sa 2000 sena qabel Kristu).
L-arkeologi J. D. Evans u D. H. Trump qalulna li dawn it-Tempji huma parti minn firxa akbar ta' kumplessi ta' Tempji li għalhekk dawn it-Tempji għandna niehdu hsiebhom mill-ahjar li nistgħu.

It-tempji ta' Ħal Tarxien jintgħazlu f'żewġ fażijiet :


Dawk ta' żmien ir-Ram, u dak hekk magħruf bl-isem ta' "cemetery period", il-bidu ta' żmien il-Bronż.


Inġabar gmiel ta' fuħħar minn dawn it-tempji, u bosta affarijiet ohra ta' ornamenti, htegijiet tal-hajja ta' kuljum u statwi li kollha qegħdin għall-wiri fil-Muzew Nazzjonali ta' l-Arkeologija, fil-Berga ta' Provenza, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.