Ħal Tarxien

Dħul

Print this page

Il-villaġġ ta’ Ħal Tarxien jinsab fin-Nofsinhar ta’ Malta u huwa meqjus bħala wieħed mill-eqdem villaġġi abitat minn nies. L-isem Tarxien huwa meħud mill-kelma ‘tirxa’ li tfisser ġebla kbira. L-eżistenza ta’ din il-lokalità tmur lura 4000 sena u skond l-arkeoloġisti t-Tempji Neolitiċi servew ta’ post sagru fejn kienet tiġi adurata l-Mara tal-Fertilità. Ħal Tarxien huwa magħruf għall-eskavazzjonijiet varji ta’ siti storiċi.

Il-popolazzjoni attwali tilħaq id-disat elef resident. Sas-sena 1960 iċ-ċittadini kienu kienu jaqilgħu l-għixien tagħhom primarjament mill-agrikoltura, speċjalment mill-bejgħ tal-ħalib tal-mogħoż. Illum dan huwa kollu storja tal-passat u ftit fadal nies li jaqilgħu l-għixien tagħhom minn prodotti agrikoli.