Santa Venera

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

Kura Primarja (Berġa)

Triq il-Qalb Imqaddsa

Santa Venera


Ġbir ta' skart goff

Il-Kunsill Lokali jipprovdi servizz ta' ġbir ta' skart goff bla ħlas.

Dan is-servizz jingħata lir-residenti kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Ġimgħa bejn it-8.00 ta’ filgħodu u nofsinhar.

Ma jkunux aċċettati aktar minn ħames oġġetti.

Hemm pieni kbar għal min jinqabad jarmi barra skart goff, bħal xi saqqu, injam, fridges eċċetra.

Il-Kunsill Lokali se jkompli jsaħħaħ l-impenn tiegħu favur l-ambjent billi fejn ikun il-każ se jinfurza l-liġi.


Ġbir ta' skart domestiku u separat

Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera kellu għexiren tar-rapporti li ħafna residenti kienu qed joħorġu l-iskart domestiku f’xis-6.30 ta’ filgħodu meta kien jinġabar wara s-6 ta’ filgħaxija. Imbagħad, is-Sibt, għax l-iskart domestiku kien jinġabar filgħodu kien hemm ħafna li joħorġuh wara nofsinhar u kien jibqa’ hemm sat-Tnejn, filgħaxija. Kull nhar ta’ Tlieta filgħodu, kien qed jinġabar l-iskart reċiklabbli u filgħaxija dak domestiku.
Is-Sindku, s-Sur Horace J. Anastasi, kien ilu jispezzjona l-ħruġ ta’ boroż bl-iskart domestiku u dak isseparat f’ħinijiet irregolari u b’mod abbużiv. Għaldaqstant, is-Sur Anastasi ressaqha waqt laqgħa u, wara diskussjonijiet fit-tul il-Kunsill iddeċieda l-iskart domestiku jibda jinġabar nhar ta’ Tnejn, Erbgħa, Ħamis, Ġimgħa, Sibt u daħħal ukoll il-Ħadd matul is-sena kollha. Kull nhar ta' Tlieta ikun hemm il-ġbir tas-separazzjoni tal-iskart biss.
Il-boroż l-oskuri (suwed) jinġabru minn ħdejn ir-residenzi kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa, Ħamis, Ġimgħa, Sibt u saħansitra, l-Ħadd bejn it-8.30 ta’ filgħodu u nofsinhar. Il-boroż iċ-ċari (ħodor, bojod, griżi, eċċ.) għas-separazzjoni (reċiklaġġ) ta’ skart, jinġabru kull nhar ta' Tlieta bejn it-8.30 ta’ filgħodu u nofsinhar.

Kartanzjan

Dawk il-persuni li jagħlqu s-60 jew il-75 sena huma ġentilment mitluba jiġbru l-Kartanzjan mill-Uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill ħmistax qabel ma jagħlqu sninhom.