San Ġiljan

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

Ħlasijiet
Il-Kirjiet
Licenzji tal-Ħwienet (meta applikabbli)
Licenzja tal-Host Families (meta applikabbli)
Ċitazzjonijiet

Pagamenti jistgħu jsiru matul is-sena kollha mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u l-11.30am u nhar ta' Erbgħa (fix-Xitwa biss) pagamenti jigu aċċettati wkoll wara nofs in-nhar mis-1.00p.m. sat-3.00pm. Nhar ta' Sibt mit-8.00a.m. sal-11.00a.m.

Servizz ta’ Berga L-Għassa ta’ San Giljan
It-Tlieta bejn it-8.00am u 10.00am
Il-Ħamis u l-Ġimgħa bejn il-11.30am u 12.45pm

Ġbir ta’ skart goff
Ir-Residenti huma mitluba jċemplu lill-Kunsill fuq 21373111 jew 21375376 biex jingħataw appuntament. Il-ġranet tal-ġbir huma t-Tlieta u l-Ġimgħa filwaqt li nhar ta' Erbgħa jinġabru l-Electronics.

Ġbir ta’ skart
Il-ġbir ta' skart fil-lokalità jsir nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt. Is-servizz jibda minn 8.00 ta' filgħodu il-quddiem.  Mit-8 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' April 2016 il-ġbir għall-borża s-sewda se jkunu KULJUM mit-Tnejn sas-Sibt.

Ġbir ta’ skart irriċiklat
Skart irriċiklat jinġabar kull nhar ta’ Tlieta u l-Ġimgħa. 


Korsijiet offruti mill-Kunsill
Isiru Computer Courses regolarment

Librerija
Il-Branch Library hija ġo l-iskola Primarja Dun Guzepp Xerri, u tkun miftuħa kull nhar ta’ Erbgħa.

Gbir ta' Ħġieġ

Il-ħġieġ jinġabar kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar

Testijiet ghal Blood Pressure u Blood Sugar b'xejn

Kull nhar l-ewwel Sibt tax-Xahar gewwa l-Ufficcju tal-Kunsill bejn id-9.00a.m. u l-11.00a.m.