San Ġiljan

Dħul

Print this page

San Ġiljan:  Oriġinarjament kien villaġġ għas-sajjieda imma bil-mod il-mod sar ukoll post fejn in-nies sinjuri kienu jmorru bħala villeġġjatura.   Matul iż-żmien San Ġiljan ġie zviluppat f' wieħed mill-aktar postijiet magħrufa għan-night life u għad-divertiment,  l-aktar popolari maż-żgħażagħ u nies ta' medja eta'.   F'Paceville li jinsab tefgħa ta' gebla l-bogħod minn San Ġiljan wieħed għadu jista jsib djar antiki u boat houses.

Fil-Bajja  ta' Spinola għadek tara d-dgħajjes Maltin is-sena kollha.  San Giljan ħa ismu mill-Qaddis Patrun tal-Kaċċaturi. 

Kull min jixtieq iqatta' ftit ħin ta' divertiment se jsib dak li jixtieq ġo Paceville ez. diskoteki, bars, casinos, ristoranti eċċ

Għalkemm San Ġiljan kien darba villaġġ għas-sajjieda issa ftit li xejn baqa' sajjieda.  Il-kummerċ ta' San Ġiljan illum il-ġurnata jiddependi fuq it-turiżmu u n-nightlife.

           
View Larger Map