Is-Siġġiewi (Città Ferdinand)

Geografija

Print this page

Siġġiewi, Città Ferdinand, jew Siggieui, huwa villaġġ li jinsab fuq art watja fil-Lbiċ ta’ Malta, ftit kilometri ‘l bogħod mill-Imdina, il-Belt Kapitali Antika ta’ Malta u għaxar kilometri ‘l bogħod minn Valletta, il-Belt Kapitali tal-lum. Il-lokalità għandha 7903 abitant (Nov 2005) li, sa bosta għexieren ta’ snin ilu, kienu jaħdmu fil-biċċa l-kbira tagħhom fl-għelieqi ta’ madwar il-villaġġ. It-tifsita tal-kelma ‘’Siġġiewi hija inċerta. Xi uħud jgħidu li l-post kien ġie msemmi għal Sageyo, familja sinjura li kellha l-akbar estejt fil-post. Oħrajn jgħidu li l-għeruq semitiċi tal-kelma jfissru prosperu jew kalma. Il-motto tas-Siġġiewi huwa Labora et Virtute, li tfisser Xogħol u Virtù. Fil-formazzjoni demografika u topografika tiegħu, Siġġiewi segwa disinn komuni għal villaġġi oħrajn f’Malta.Qabel il-miġja ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann fl-1530, kien hemm irħula kbar oħrajn fil-post. Ftit ftit, Ħal Xluq, Ħal Kbir, Ħal Niklusi u Ħal Qdieri saru parti mis-Siġġiewi u llum il-kappelli maqtugħin tagħhom biss ifakkruna fl-eżistenza tagħhom.