Santa Luċija

Għaqdiet Sportivi

Print this page

Il-Klabb tal-Boċċi

Il-ftuħ tal-Klabb tal-Boċċi f’Santa Luċija sar nhar l-4 ta’ Settembru 1982. Kienet ilha tinħass il-ħtieġa ta’ dan il-klabb, minħabba li f’dak iż-żmien kien ġa jeżisti l-pitch fejn jintlagħbu l-boċċi. Dan il-pitch kien ġie inawgurat mill-Onor. Lorry Sant Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi nhar l-14 ta’ Lulju 1975.

L-ewwel President ta’ dan il-klabb kien Dr. George Briffa. Segretarju kien is-Sur Anthony Spiteri, bniedem li ismu baqa’ marbut mal-klabb minħabba li kien bniedem attiv. Tant li wara nsibuh president u aktar tard president onorarju tal-istess klabb. Wieħed ukoll isemmi lis-Sur Salvu Micallef li kien benefattur kbir ta’ dan il-klabb.

Illum il-klabb huwa mmexxi minn kumitat attiv tant li f’dan il-klabb insibu numru sabiħ ta’ membri u barra minn hekk numru ta’ residenti jiffrekwentaw dan il-klabb biex iqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ.

Il-klabb huwa wieħed affiljat mal-Federazzjoni tal-Klabbs tal-Boċċi. Din l-affiljazzjoni saret fl-1983.  Naturalment fl-1983, il-klabb ħa sehem fil-logħob tat-Tieni Diviżjoni. 

Ir-riżultati fis-snin ta’ wara kienu hekk:

Champions tal-Kompetizzjoni għar-Raba’ Distrett – 1986
Champions tat-Tielet Diviżjoni – 1988
Champions tat-Tielet Diviżjoni (reserves) – 1988
Champions tat-Tielet Diviżjoni – 1993
Runners Up tat-Tielet Diviżjoni – 1997
Runners Up Charity Cup – 1997
Staġun 1999 fit-Tielet Diviżjoni