Santa Luċija

Ġemellaġġi

Print this page

Ġemellaġġ mad-Distrett ta' Jin Chang, Muniċipalita ta' Suzhou, China

Ftehim iffirmat barra minn Malta:  22/06/2000                            Ftehim iffirmat Malta:  09/11/2001


Id-distrett ta’ Jin Chang jinsab fil-Majjistral tal-Muniċipalita ta’ Suzhou. Dan id-distrett huwa magħruf bħala ċentru kummerċjali u rinomat għall-iżvilupp qawwi f’dik li hija teknoloġija. Jin Chang igawdi wkoll popolarita bħala distrett turistiku. L-area amministrata minn dan id-distrett ta’ Jin Chang tinkludi seba’ distretti residenzjali u villaġġ li huma Jin Mec, Tao Wu, Shi Lu, Sa Tang, Lui Yuan, Cai Xiang, u Xin Zhuang, flimkien u 149 kommunitajiet li jinsabu fil-qrib. Il-popolazzjoni ta’ dan id-distrett hija ta’ 241,000.


Jin Chang hija ikkunsidrata bħala ċentru kummerċjali sa minn żmien il-qedem b’mod speċjali matul id-dinastiji tal-Ming u Qing (1944AD – 1911AD) meta kienet iċ-ċentru tal-kummerċ ta’ Yangse River.


Id-distrett ta’ Jin Chang huwa rikk f’dik li hija kultura u joffri attrazzjonijiet turistiċi mill-aqwa. Fost dawn insibu Tiger Hill, Lingering Garden, Huanxiu Villa kif ukoll monasteri Buddisti bħal ma hu West Garden Temple. Arti tradizzjonali Ċiniza tinkludi Suzhou Embroidery u diversi carvings f’dak li huwa njam, mahagony u jade. Il-kanali mserpa u pontijiet forma ta’ arkati kif ukoll djar tradizzjoniali Ċinizi li nsibu fil-parti antika ta’ dan id-distrett joffru atmosfera ħelwa tal-passat filwaqt li b’kuntrast għal dan kollu fid-distretti ġodda nsibu bini għoli joffri ambjent mill-aktar modern.

Ġemellaġġ mal-Kunsill ta’ Carlentini fi Sqallija

Ftehim iffirmat barra minn Malta: 28/08/2006                             Ftehim iffirmat Malta: 12/12/2006

Ġemellaġġ mal-Kunsill ta’ Gabiano l-Italja

Ftehim iffirmat barra minn Malta:  17/10/2008