Santa Luċija

Geografija

Print this page

Il-Lokalita’ ta’ Santa Luċija għandha area ta’ 0.7km kwadri (latitude.35º51’45” N longitude 14º30 ‘16”E).


F’din il-lokalita’ nsibu popolazzjoni densa u l-parti l-kbira tal-bini huwa magħmul minn blokki ta’ appartamenti tal-Gvern. Madanakollu nsibu wkoll bosta djar u vilel b’mod speċjali lejn in-naħa ta’ Wied Garnaw. Karatteristika li tispikka f’din il-lokalita’ huma l-ġonna u parapetti bis-siġar u fjuri li jdawru l-bini kif ukoll il-green belt li għandha mal-perimtru li permess tagħhom din il-lokalita’ hija magħrufa wkoll bħala Garden City. Tul dan il-green belt insibu l-Ġnien Ċiniż li issa sar simbolu ta’ din il-lokalita`. Nsibu wkoll Picnic Area u l-Ġnien ta’ l-Iskultur. Paralell ma’ triq tal-Barrani nsibu l-Jogging Track fil-Ġnien taż-Żebbuġ u fin-naħa t’isfel hemm Wied Garnaw li huwa maqsum f’diversi żoni.


Fiċ-ċentru ta’ din il-lokalita` nsibu diversi faċilitajiet sportivi bħal playing field bil-5-a-side football pitch, ground tal-football u cycling track.


Il-Knisja Parrokjali ddedikata lil San Piju X tinsab ukoll fiċ-ċentru ta’ din il-lokalita’ ħdejn pjazza kbira msemmija Pjazza 7 ta’ Lulju.

It-toroq prinċipali huma Dawret it-torri, Triq Katerina Vitale, Triq il-Prinjoli, Triq il-Peprin u Vjal Oleandri.


L-irħula li jdawru din il-lokalita’ huma Ħal Tarxien, Paola, Għaxaq, Gudja u Luqa.