Marsaskala

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

Fis-sena 1905 l-popolazzjoni ta’ Marsaskala kienet biss ta’ 53 resident. Illum din kibret għal madwar 11,000. Peress li l-post huwa daqshekk aċċessibbli mill-baħar, bosta armati suċċessivi kienu jiġu fuq il-bajja bl-intenzjoni li jikkonkwistaw l-art u l-iskjavi. Marsaskala darba kienet Port Ruman. Fdalijiet Rumani jinsabu mifruxa f’tar-Rumi’ fejn ġew innotati kanali tal-karrettuni ta’ qabel żmien ir-Rumani. Għalkemm l-erja hija parzjalment imdawra b’irdum għoli u abjad, il-qaliet lixxi li hemm kienu joffru aċċess faċli għall-invażuri tas-16 u s-17-il seklu.

Id-difiżi tal-post damu biex isiru u l-Batterija Vendome tmur lura għal madwar l-1715. Vendome kien kavallier Franċiż. Xi uħud mir-residenti bnew it-torrijiet tagħhom, u kien hemm bosta rziezet fortifikati.Anke wara li l-post kien ġie fortifikat finalment, ir-residenti baqgħu ftit u ma żdidux u s-sajjieda Sqallin kienu aktar familjari mal-post milli kienu l-Maltin.

L-isem Marsascala jikkonferma konnessjoni ma’ Sqallija għalhiex l-isem apparentament ifisser port sqalli.

Waħda mir-raġunijiet probabbli għan-nuqqas ta’ kolonizzazzjoni fl-erja kienet il-biża’ mill-pirati, li kienu jduru l-ibħra għat-teżori u l-iskjavi. Il-popolazzjoni lokali kienet tħossa f’inqas periklu fl-ibliet fortifikati ta’ Cottonera u Valletta kif ukoll fil-villaġġi ta’ ġewwa. Raġuni oħra setgħa kellha x’taqsam mal-ġografija. Il-port protett fih innifsu ma setax jiskoraġġixxi lin-nies milli jissetiljaw hawnhekk.

Il-post kien jestendi sad-distrett ta’ Fawwara sad-19-il seklu u dan kien jipprovdi aktar protezzjoni. Kienet teżisti fawwara hawnhekk u Wied il-għajn tfisser kanal ta’ l-ilma fejn il-funtana, iżda m’għad hemm l-ebda evidenza tiegħu illum. Il-linja tal-kosta blatija madwar Marsaskala tagħtik pjaċir meta tarha, iżda kienet is-sit ta’ bosta għarqiet ta’ vapuri. L-aktar waħda reċenti kienet ta’ ‘’Angel Gabriel’’ li kien tanker Grieg li nqasam min-nofs fil-21 ta’ Settembru 1969.

Marsaskala baqa’ port ċkejken tas-sajd sat-Tieni Gwerra Dinjija. In-nies li kienu jgħixu Cottonera bdew jibnu residenzi għas-sajf f’Marsaskala. Imbagħad iddeċidew li jmorru joqgħodu hemm għal kollox u dan bilmod biddel lil dan il-port kwiet fiċ-ċentru residenzjali li huwa llum.

Il-lokalità ġiet stabbilita parroċċa fl-1949 u l-popolazzjoni qed tirdoppja bejn wieħed u ieħor kull għaxar snin. Hemm bosta Hotels moderni, ristoranti, kafes, għadira tal-papri u ċinema. L-atmosferma hija simili ta’ waħda li ssib f’ċentru ta’ villeġjatura mal-baħar.

L-atmosfera hija tant rilassata hawnhekk li l-passatemp favorit huwa mixja mal-wesgħa li tinfirex mill-bajja ta’ Żonqor Point sat-torri ta’ San Tumas b’bosta postijiet fejn wieħed jista’ jieqaf għal xi drink jew snekk. In-nies ġeneralment imorru jimxu filgħaxija peress li jkun ħafna iżjed frisk minn kif ikun matul il-ġurnata fejn tkun wisq sħana biex wieħed imur għal xi mixja, u l-ġurnata ġeneralment titqatta’ fil-kafes u r-ristoranti.