Marsaskala

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

Skart

- Servizz ta' ġbir ta' skart goff mit-Tnejn sal-Ġimgha bieb-bieb.
- Servizz ta' ġbir ta' skart mit-Tnejn sal-Ħadd mis-7:00am 'il quddiem.
- Ġbir ta' skart riċiklabbli kull nhar ta' Tlieta filgħodu.

Librerija

Sajf - It-Tnejn 9:30am sa 12:30pm, L-Erbgħa 4:00pm sa 7:00pm, il-Ħamis 07:45am sa 10:45am, is-Sibt 9:00am sa 12:00pm.
Xitwa -It-Tnejn 07:45am sa 10:45am , L-Erbgħa 9:00am sa 12:00pm, il-Ħamis 1:45pm  sa 4:45pm, is-Sibt 9:00am sa 12:00pm.

Servizzi Oħrajn

Għall-konvenjenza tar-residenti, skart domestiku jinġabar ukoll il-Ħdud.

L-iskart jinġabar bieb-bieb bħas-soltu. Mhux permessibbli akkumulazzjoni ta' boroż tal-iskart fit-triq.

Ċentru għat-taħriġġ

Il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala għandu ċentru ta' taħriġ li jinsab fi Triq il-Kappar fejn joffri diversi korsijiet matul is-sena.

Knis tat-Toroq

Il-Kunsill jipprovdi s-servizz ta' knis tat-toroq urbani. Jekk jgħoġbok tħallix trab/skart jakkumula meta tiknes quddiem il-bieb tiegħek! Jekk tinnota triq li għandha bżonn tinkines, tiddejjaqx iċċemplilna. Għinuna nżommu Marsaskala nadifa.

Ħmieg tal-Kelb

Huwa llegali tħalli ħmieġ tal-kelb f'postijiet pubbliċi. Persuni li jħallu l-ħmieġ tal-kelb tagħhom f'proprjeta' pubblika jiġu mmultati skont l-Avviż legali.

Tindif Extra-Urban

Kull min jinnota miżbliet fiż-żoni mhux urbani (pubbliċi) fil-lokalita' tagħna mitlub jirraporta dan lilna, billi jagħti d-dettalji preċiżi tas-sit. Site-plans sabiex tiġi identifikata aħjar iż-żona, jistgħu jinkisbu mill-uffiċini tagħna. Jekk għandek skart goff mitlub tuża s-servizz provdut għal dan il-għan, u TARMIX żibel fil-kampanja.

Ġbir ta' Annimali Mejta


Jekk jgħoġbok ċempel l-uffiċini tagħna għal ġbir ta' annimali mejta f'żoni pubbliċi (urbani u mhux urbani). Jekk jgħoġbok indika l-lok eżatt.

Manutenzjoni ta' Sinjali tat-Traffiku u Sinjali tat-toroq.

Il-Kunsill jagħmel mezz li s-sinjali tat-traffiku u dawk tat-triq jinżammu f'kundizzjoni tajba għas-sigurta' tat-toroq tagħna. Sfortunatament, ħafna sinjali jkollhom jiġu mibdula minhabba vandaliżmu kontinwu.

Manutenzjoni tal-Parks, Ġonna u Żoni Pubbliċi


Parks, ġonna u żoni pubbliċi huma mantenuti mill-Kunsill. Mhuwiex permissibbli li tiżra' siġar/pjanti f'postijiet pubbliċi mingħajr il-permess tal-Kunsill, inkella jiġu mneħħija immedjatament. Jekk jgħoġbok għinna nżommu l-lokalita' tagħna nadifa. Jekk għandek kwalunkwe informazzjoni /dettal dwar vandali / vandaliżmu mitlub jirraporta immedjatament lill-Kunsill jew lill-pulizija.

Barbeques


Il-barbeques huma konsentiti biss f'żoni għal tal-apposta. Gruppi li jorganizzaw barbeque għandhom jiksbu permess mill-Kunsill Lokali u id-data trid tkun ibbukkjata minn qabel. Il-Kunsill jitlob miżata skont ir-Regolamenti. Permess irid jintalab ukoll għall-użu tal-generator jew is-sistema ta' sound.

Barbeques huma projbiti fiż-żona tax-xatt.

Servizzi ghall-Anzjani


Kartanzjan - Persuni li jitilfu l-Kartanzjan tagħhom jistgħu iċemplu l-uffiċju tal-Kunsill matul il-ħinijiet tal-uffiċju. F'dan il-każ napplikaw għal waħda ġdida.

Servizz tat-Telecare - Jekk trid tapplika għas-servizz tat-Telecare, jekk jgħoġbok ikkuntattjana bit-telefon jew personalment matul il-ħinijiet tal-uffiċju.

Permessi mill-Kunsill Lokali


Regolamenti tal-2002 dwar Attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsill Lokali

- Tqegħid ta' skip fuq propjeta' pubblika
- Tqegħid ta' kiddie-ride-machine fuq propjeta' pubblika
- Depożitu ta' materjal tal-bini fuq propjeta' pubblika
- Depożitu u l-użu ta' krejn u makkinarju
- Tqegħid ta' mwejjed u siġġijiet fuq propjeta' pubblika għal servizzi tal-catering
- Tqegħid ta' gabbana
- Divertiment okkażjonali

Tista' tintalab miżata skont dawn ir-Regolamenti.

Il-Kunsill jista' jara l-ħtieġa li jqabbad Gwardjan Lokali waqt li għaddej ix-xogħol.

Xogħol ta' Trinek

Ix-xogħol kollu relatat mat-trinek jirrikjedi l-permess mill-Kunsill Lokali u entitajiet oħra skont il-ħtieġa.
Permessi (TP6) għat-Tiswija ta' Impjanti u Xogħol ta' Tiswija fuq wiċċ it-triq, li ma jaqbizx arja totali ta' 5.00m.k. u massimu ta' 1.5m fond.

Applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-uffiċju tal-Kunsill. Hu miltub ċertifikat minn kumpanija tal-assikurazzjoni, fejn imbgħad jinħareġ il-permess mill-Kunsill Lokali skont l-Avviż Legali 313 tal-2002.

Permessi (TP1) għall-:
- iskavar ta' trinek twal b'daqs iktar minn 5m.k. f'superfiċi, u metru u nofs f'fond.
- proċess ta' road scarifying u resurfacing
- kostruzzjoni ta' triq ġdida
- rinforzar u tisħiħ tat-triq

Applikazzjoni għal TP1 tista' tiġi reġistrata fl-uffiċju tal-Kunsill, l-Awtorita' Maltija għat-Trasport jew entitajiet oħra. Wara l-approvazzjoni minn diversi entitajiet, il-permess jinħareġ mill-AMT skont Kapitlu 10, Artiklu 29, Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.

Liċenzji tal-Kummerċ


Ħlasijiet għall-Licenzji tal-Kummerċ jiġu aċċettati fl-uffiċju tal-Kunsill bejn it-8.30 ta' filghodu u 12.00 (nofsinhar). Irċevuta awtomatika u ċertifikat jinħareġ ma' kull pagament.

Kirjiet għal Propjeta' tal-Gvern


Ħlasijiet mal-preżentazzjoni tal-irċevuta tad-Dipartiment tal-Artijiet, jistgħu isiru fl-uffiċju tal-Kunsill strettament bejn it-08.30 ta' filghodu u 12.00 (nofsinhar). Irċevuta awtomatika tingħata ma kull pagament. Jekk jgħoġbok ippreżenta l-ammont eżatt imnizzel fuq l-irċevuta.

Ħlas ta' Kontravenzjonijiet tal-Pulizija u Gwardjani


Ħlasijiet jistgħu isiru fl-uffiċju tal-Kunsill strettament bejn it-8.30 ta' filgħodu u 12.00 (nofsinhar) mit-Tnejn sal-Ġimgħa (minbarra Festi Pubbliċi). L-ebda pagament ma jista' jiġi aċċettat f'inqas minn 3 ijiem ta' xogħol qabel id-data tas-seduta fit-tribunal. Irċevuta awtomatika tingħata ma' kull pagament.