Ħal Balzan

Attivitajiet/Korsijiet

Print this page

Kalendarju ta'Attivitajiet f'Ħal Balzan

Abbona fil-Kalendarju ta' Attivitajiet li jsiru f'Ħal Balzan

Kalendarju ta' Attivitajiet għafas hawn

Skema ta’ Riċiklaġġ ta’ ħwejjeġ, handbags u zraben għafas hawn għal-poster.

Ħareġ il-ktieb ta’ Carmel Bezzina bit-titlu “Ħal Balzan u l-Lunżjata u Kitbiet Oħra”. għafas hawn għal-poster.

Lejla Balzanija ser issir fid-29 ta' Lulju 2011 bejn is-7.00pm u l-11.30pm fil-Pjazza ta' Ħal Balzan.

Ħal Balzan jiċċelebra l-festa tal-Lunżjata fl-10 ta’ Lulju 2011. għafas hawn għal-poster.

Festa tal-Frott - 3 t' April 2011 - Palazz ta' San Anton  għafas hawn biex tara l-avviż

Għad-Diarju Tiegħek:

Lejla Balzanija - 9 ta' Lulju 2010 - Pjazza tal-Knisja  għafas hawn biex tara l-avviż

KOMPETIZZJONI GĦALL-ISBAĦ FAĊĊATA TA’ DAR

Għall-okkażżjoni ta’ Jiem il-Ġonna l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan qiegħed jorganizza wkoll kompetizzjoni oħra kif jidher hawn taħt:

Kompetizzjoni għall-isbaħ faċċata ta’ dar f’Ħal Balzan, imżejna bi pjani u fjuri.

Il-faċċata tiġi ġġudikata nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Marzu, filgħodu u r-riżultat jitħabbar is-Sibt filgħaxija meta jingħataw il-premjijiet fi tmiem l-attivita’.

L-applikanti jridu jagħtu isimhom u kunjomhom, n-numru tat-telefon u l-indirizz tal-faċċata li sa tidħol għall-kompetizzjoni; lill-Kunsill Lokali, mhux aktar tard mis-17 ta’ Marzu 2010.

Is-Soċjeta tal-Ortikultura qed toffri Challenge Cup għal sena u trofew lir-rebbieħ/rebbieħa u trofew kull wieħed lit-tieni u t-tielet rebbieħ.

KOMPETIZZJONI GĦALL-AĦJAR ARRANGAMENTI TAL-FJURI

Is-suggett magħzul għall-kompetizzjoni huwa ‘JUM SAN VALENTINO’ / ST. VALENTINE’S DAY.

Il-Kunsill Lokali Ħal Balzan qed jorganizza attivita, “Jiem il-Gonna”, nhar il-Gimgħa u s-Sibt, 19 u 20 ta’ Marzu 2010.

Jixtieq li diversi esebituri ta’ flower arrangements jiehdu sehem f’din l-okkazjoni.

Min behsiebu jesebixxi xi flower arrangement huwa mistieden li jċempel lill Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan fuq nurmu 21442323 jew jibgħat e-mail lil-Kunsill Lokali Ħal Balzan balzan.lc@gov.mt bid-dettalji (isem u kunjom, indirizz, tel / mob no.) mhux aktar tard minn 12 ta’ Marzu 2010.

Wiehed jista’ jdahhal aktar minn arrangament wiehed. Il-bazi ta’ kull arrangament ma jistgħax ikun akbar minn 60cm fond u 90cm faċċata, jridu jintużaw fjuri friski u l-arranġament ikun free-standing.

Il-flower arrangements għandhom jinġiebu fis-Sala Aurora ta’ Ħal Balzan nhar il-Ħamis, 18 ta’ Marzu 2010 bejn l-10.00am u l-12.0pm, jigiefieri lejliet li tibda Jiem Il-Gonna. L-arrangamenti ser ikunu esposti ghall pubbliku fis-sala Aurora (ħdejn il;-Knisja parrokjali), fejn ser ikun hemm ufficjali tas-sigurta’. Biex wieħed jieħu sehem fil-konpetizzjoni m’hemmx ħlas waqt li l-l-kompetizzjoni hija miftuħa għal kulħadd. Jingħataw trophies (sponsorjati mill-Malta Horticultural Society, lill-ewwel tlitt rebbieha)

L-esebituri ikunu jistu jieħdu lura l-flower arrangements taghhom nhar il-Ħadd, 21 ta’ Marzu 2010 bejn id-9.00am u l-12.00pm.

Il-Kunsill Lokali Ħal Balzan jirringrazzjakhom ghal-interess tagħkom.

Jiem il-Ġonna

Għal-ewwel darba il-Kunsill Lokali Ħal Balzan ser jorganiżża "Jiem il-Ġonna", esebizzjoni fuq jumejn, li jippromovu l-ġonna tradizzjonali mimlija frott taċ-ċitru ta' Ħal Balzan u kif dawn kienu jinħadmu fil-passat u llum. L-esebizzjoni ser issir fid-19 u l-20 ta' Marzu 2010. għafas hawn biex tara l-avviż    għafas hawn biex tara l-programm

Vaċċin ta' l-Influenza

Il-Kunsill Lokali Balzan jixtieq javża lir-residenti ta' Ħal Balzan li għalqu l-55 sena, li l-vaċċin ta' l-influenza ser jingħata fil-Berġa ta' Ħal Balzan, f'data u ħin li jiġu mħabbra aktar tard, għal-konvenjenza tar-residenti.

Dawk il-persuni li huma intitolati għal-vaċċin iridu jirreġistraw id-dettalji tagħhom mal-Kunsill fil-ħinijiet ta' l-uffiċċju mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u l-11.30am sa nhar il-Erbgħa, 30 ta' Settembru 2009.

Il-vaċċin jingħata mingħajr ħlas.


Ġimgħa ta' Bnadar

Il-Kunsilli Lokali Balzan jixtieq iħeġġeġ lill-kull min għandu arblu fuq id-dar tiegħu biex f'din il-Ġimgħa ta' Bnadar li ser ssir madwar Malta u Għawdex, bejn it-8 u l-15 ta' Settembru - sabiex iżomm bandiera tperper. Nixtiequ li din l-attivita tkun suċċess ġaladarba jkun hemm parteċipazzjoni attiva mill-individwi u l-għaqdiet. Hemm mnejn, jekk l-attivita tirnexxi, li din isir attivita anwali li fiha niċċelebraw din it-tradizzjoni.

Għalhekk inħeġġeġ lil kulħadd sabiex jgħin biex din l-attivita issir u tkun suċċess. Inħeġġiġkom sabiex mit-8 sal-15 ta' Settembru ttajjru l-bnadar minn fuq il-bini tagħkom u tħajru lil ħaddiehor biex jagħmel hekk ukoll.

Kalendarju ta' Attivitajiet għafas hawn

Lejla Balzanija will be held on the 29th July 2011 between 7.00pm and 11.30pm in Church Square.

Jum Ħal Balzan  / Ġie Ħal Balzan.  Għar-riklam għafas hawn