Ħal Balzan

L-Istorja tal-Lokalita'

Print this page

L-ewwel djar

L-ewwel djar dokumentati f’Balzan imorru lura għall-1419-20. Fil-lista Militia ta’ l-istess data, hemm imniżżel li kien hemm madwar 20 ruħ jgħixu fil-limiti ta’ Balzan. Ċensiment li jmur lura għall-1575 juri li kien hemm total ta’ 60 dar f’Balzan dak iż-żmien fejn kienu jgħixu bejn wieħed u ieħor 500 ruħ. Dawn id-djar kienu jinkludu djar urbani ta’ nies sinjuri kif ukoll irziezet. Sa ftit snin ilu kien għad hemm irziezet antiki bħal dawk ta’ Ta’ Sajrunies u Tad-Dingejruti fi Quarrly Lane.

Tibdil fid-daqs tal-Popolazzjoni

Fl-1646 in-numru ta’ djar żdied għal 140, iżda l-popolazzjoni kienet żdiedet b’inqas minn mitt ruħ għal 584. Sa dik id-data, Balzan kien jagħmel parti mill-villaġġ ta’ Birkirkara li jinsab qrib tiegħu. Meta Balzan sar villaġġ indipendenti bil-knisja parrokkjali tiegħu, fl-1655, in-numru ta’ djar żdied għal 1,400. Minkejja din iż-żieda fid-djar, il-popolazzjoni naqset għal 530. Din in-nuqqas ta’ stabbiltà fid-daqs tal-popolazzjoni għadha hemm sal-lum hekk kif kien tul l-istorja tal-villaġġ. Matul il-gwerra il-popolazzjoni ta’ Balzan żdiedet drastikament, meta nies minn Cottonera ġew għar-rifuġju fil-villaġġ kwiet ta’ Balzan. Fil-fatt tant għoġobhom li ħafna minnhom baqgħu hemm u spiċċaw ma marrux lura.

L-oriġini ta’ Balzan

F’Malta, bosta ismijiet ta’ villaġġi huma identiċi għal dawk ta’ l-ismijiet ta’ ċertu familji, bħal Attard u Lija. Xi uħud għalhekk jemmnu, li l-villaġġ wiret ismu minn familja minn Sqallija li kellha kunjoma Balzan jew Balzano. Storiċi oħrajn jgħidu li ‘balzan’ tirreferi għal kollettur tat-taxxa Sqalli li seta’ ġie Malta biex jiġbor it-taxxi għal Sid Sqalli ta’ żmien il-fewdu. Dan il-kollettur tat-taxxa seta’ kien qed joqgħod ġo Balzan biex b’hekk ta’ ismu lill-villaġġ.

Timeline

Fil-bidu tal-15-il-Seklu

L-ewwel nies jaslu f’Ħal Balzan1 ta’ Frar 1575 Residenti ta’ Ħal Balzan jipprezentaw petiżżjoni lill Mons. Duzina, fejn jappellaw biex ir-raħal tagħhom isir parroċċa separate.

14 ta’ Awwissu 1655 Ħal Balzan isir parroċċa separata. Dakinhar l-Isqof Balaguer jagħti permess li tinbena knisja ġdida f’Ħal Balzan. L-ewwel kappillan kien Dun Adriano Zarb.

26 ta’ Diċembru 1669 Titqiegħed l-ewwel ġebla tal-parroċċa l-ġdida mill-Kappillan Dominic Ellul.

23 ta’ Jannar 1695 L-isqof Cocco Palmieri ibierek il-knisja u fl-1781 l-isqof Labini jikkonsagra.

1868 Il-Knisja parrokkjali tingaħta l-istatwa titulari tagħha, ta’ Marija Annunzjata, li tlestiet mill-iskultur Salvu Dimech.

1890 Is-Soċjeta Marija Annunzjata jiġi fformata.

22 ta’ Ottubru 1903 Imutu sitta mit-42 persuna li ġew feruti fi spluzjoni waqt li kienu qed isiru l-murtali fil-post l-qadim fejn kienet tiltaqa s-socjeta Marija Annunzjata.

1920 Ġie stability il-Kazin San Gabriel.

3 ta’ Mejju 1954 Ir-Regina Elizabetta żżur lill-Ħal Balzan.

1965 Il-festa tar-raħal tibda ssir fis-sajf minflok fil-ġurnata tagħha minħabba l-maltemp li kien iħassar iċ-ċelebrazzjonijiet esterni li kienu jsiru f’Marzu.

1923 Il-MUSEUM jiġi stabbilit f’Ħal Balzan.

1940 Wara li l-bini tal-Qorti kien ġie milqut f’attak mill-ajru, il-qrati ġew trasferiti mill-Belt għal-Ħal Balzan. Is-seduti kienu jinstemaw fil-bini fejn illum hemm l-uffiċċju tall-Kunsill Lokali Balzan, fost uffiċini ta’ dipartimenti tal-gvern oħra.

1940-1943 Waqt it-tieni ġwerra dinjija Ħal Balzan ta’ kenn lill ħafna refuġjati mill-Belt u l-Kottonera. Ir-refuġjati kienu jiġu f’numru kbir u ma kien ikollhom xejn ħlief koċċ ħwejjeġ fuq karrettun misjuq minn żiemel u kienu jitolbu lir-residenti Balzanin juru ħniena u jdaħħluhom fi djarhom. Il-popolazzjoni rduppjat.

1948 Il-knisja ta’ Ħal Balzan tirċievi l-qanpiena l-kbira. Ħafna residenti inġabru biex jarawa titla fil-kampnar.

1965 Il-Prim Ministru G. Borg Olivier iżur lil-Ħal Balzan fl-okkazjoni tal-75 anniversarju mill-fondazzjoni tas-Soċjeta Marija Annunżjata.

1993 L-ewwel kunsill lokali jiġi ffurmat.

16 ta’ Ottubru 1994 Iċ-ċentru taż-żagħżagħ jiġi ffurmat.

Popolazzjoni ta' Ħal Balzan

Sena Nru. ta' persuni
1931 1661
1948 2637
1957 2734
1967 3301
1985 4781
1995 3560
1997 3654
1998 4019
1999 4030
2002 3732
2003 3785
2004 3807
2005 3798
2006 3975
2007 4038
2008 4129