Ħal Balzan

Statwi u Niċeċ

Print this page

Niċeċ u Statwi

F’Ħal Balzan wieħed jista jara ħafna statwi u niċeċ ta’ żmien ilu u f’ċerti kazi dawn għandhom mijiet ta’ snin; jinsabu ukoll xogħolijiet artistiċi ta’ skulturi renomati.

L-istatwa ta’ Marija Assumpta

L-istatwa tal-Marija Assumpta li tinsab quddiem il-Knisja ddedikata lill-Marija Assumpta saret fl-1838 mill-iskultur Malti Sigismondo Dimech. Xogħolijiet ta’ konservazzjoni u restawr saru fl-2003 fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali Balzan.

L-istatwa ta’ San Gabriel u ta’ Santa Marija

Ix-xogħolijiet ta’ Sigismondo Dimech jinkludu l-istatwi ta’ San Gabriel u ta’ Santa Marija li jinsabu fuq iż-żuntier quddiem il-bieb prinċipali tal-knisja parrokkjali. L-isqof Vincenzo Labini kien ta’ indulġenżi speċjali lill dawk li jitolbu quddiem dawn l-istatwi.

L-istatwi ta’ San Pietru u San Pawl

Żewġ statwi oħra li jinsabu fuq iż-żuntier tal-knisja parrokkjali huma dawk ta’ San Pietru u San Pawl. Dawn l-istatwi ma kienux minn dejjem parti miż-żuntier peres li qabel dawn l-istatwi kienu jagħmlu parti mill-artal prinċipali. Kien fit-18-il seklu li dawn l-istatwi tqiegħdu fil-post preżenti.

Niċeċ u fejn jinsabu:

L-Immakulata Kunċizzjoni f'numru 180, Triq il-Kbira

L-Immakulata Kunċizzjoni fi Sqaq Numru 1, Triq il-Providenza

Il-Madonna ta' l-Abbandunati qrib Villa Macedonia, fi Triq Sisner

Madonna ta' Lordes f'numru 207, Triq il-Kbira

Il-Madonna bil-Bambin Ġesu` f'numru 162, Triq il-Kbira

Madonna tar-Rummiena f'numru 235, Triq il-Kbira

San Ġuzepp fi Triq il-Lunzjata

Santu Rokku fi Triq Santu Rokku

Santu Rokku fi Triq il-Kbira