Ħal Balzan

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

Ġbir ta’ Skart Ġoff

Dan is-serviżz jingħata darbtejn fil-ġimġħa (normalment kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa bejn is-2.30pm u l-4.30pm). Ir-residenti huma ġentilment mitluba jċemplu lill-Kunsill fuq 21442323 biex jagħmlu appuntament biex jinġabar l-iskart goff.

Ġbir ta’ Skart Domestiku

Dan is-serviżż jingħata mit-Tnejn sas-Sibt bejn it-8.00am u l-11.30am. Ir-residenti huma ġentilment mitluba biex ma joħorġux l-iskart aktar minn siegħa qabel ma jinġabar mit-triq tagħhom.

Ġbir ta’ Skart Separat

Dan is-serviżż jingħata kull nhar ta’ Tlieta. Il-boroz griżi jridu jinħarġu fl-istess ħin li jinħareġ l-iskart domestiku, jiġifieri bejn it-8.00am u l-11.30am u jinġabar mill-kollettur wara li jmur jarmi dak domestiku.

Tindif tat-Toroq:  It-toroq kollha tar-raħal jinkinsu b'mod manwali mit-Tnejn sas-Sibt skond l-iskeda.  Ir-residenti huma ġentilment mitluba biex ma jħallus vetturi pparkjati fit-triq meta jmiss li tinkines it-triq tagħhom.  Il-ħaxix selvaġġ jitneħħa regolari skond il-ħtieġa.

Skeda ta’ Knis tat-Toroq mis-17 ta’ Ġunju 2008

It-Tnejn u l-Ħamis

Pjazza Bertu Fenech
Playing Field
Trejqet il-Papa Alessandru VII
Triq Antonio Bosio
Triq Balaguer
Triq Dun Ġwann Zammit Hammet
Triq Dun Spir Sammut
Triq Ġuże Bonnici
Triq Idmejda
Triq il-Barriera
Triq il-Kbira bejn Triq Sant'Antnin u l-Pjazza, inkluz Sqaq Numru 2 u Triq il-Kbira fejn din tinfed ma Triq Santa Marija u l-pjazza.
Triq iz-Zekkuk
Triq Kardinal Cardijn
Triq l-Annunzjata
Triq l-Għerusija
Triq San Valentinu
Triq Santa Marija u Sqaqien bin-numri 1, 2 u 3.
Triq Sant'Antnin u Sqaq Numru 4.
Triq Sigismondo Dimech
Triq Sir Antonio Micallef
Triq Sisner
Triq Valent Muscat
Triq Wiġi Ebejer
It-Tlieta u s-Sibt
Buontempo Estate
Pjazza Bertu Fenech
Pjazza Quddiem il-Ġonna ta' San Anton
Playing Field
Triq Bir Bal
Triq Guizeppi Frendo
Triq Ġulju Cauchi
Triq il-Kbira bejn il-Pjazza u Triq Bir Bal inkluz Sqaq Nru 1.
Triq il-Mitħna
Triq il-Providenza u Sqaqien bin-numri 1 u 3.
Triq il-Wied ta' Ħal Balzan
Triq it-Tabib Zammit
Triq it-Tlett Knejjes u Sqaqien bin-numri 1 u 3 u Paved area bejn Triq it-Tliet Knejjes u Triq il-Providenza
Triq Mons. F. X. Zahra
Triq San Frangisk bejn Triq it-Tabib Zammit u Triq Bir Bal
Triq Sant' Rokku
Wesgħa Professur Ġuże Aquilina

L-Erbgħa u l-Ġimgħa

Triq B. Bontadini
Triq il-Ferrovija l-Qadima
Triq il-Imdina
Triq il-Kannizzata
Triq il-Karenza
Triq il-Paguni
Triq il-Qarċilla
Triq Patri Ġuże Delia
Triq San Franġisk bejn Triq Bir Bal u Triq l-imdina
Triq San Gabriel
Vjal de Paule (iż-żewġ naħat tat-triq)
Vjal il-Bon Pastur
Vjal Sir Michelangelo Refalo

Ħlasijiet ta' kontravenzjonijiet li jinħarġu mill-pulizija u gwardjani lokali:  Ħlasijiet jiġu aċċettati fl-uffiċċju tal-Kunsill kuljum fil-ħinijiet ta' l-uffiċċju (Fis-sajf:  mit-Tnejn - Sibt:  8.00am - 11.30am Fix-Xitwa: mit-Tnejn - Sibt:  8.00am - 11.30am, nhar it-Tnejn u l-Erbgħa, 3,30pm - 4,30pm).

Ħlasijiet ta' Renta fuq Propjeta tal-Ġvern:  Ħlasijiet jiġu aċċettati fl-uffiċċju tal-Kunsill kuljum fil-ħinijiet ta' l-uffiċċju (Fis-sajf: mit-Tnejn - Sibt:   8.00am - 11.30am Fix-Xitwa: mit-Tnejn - Sibt:  8.00am - 11.30am, nhar it-Tnejn u l-Erbgħa, 3,30pm - 4,30pm).

Ħarġiet Edukattivi u Kulturali:  Ħarġiet għall-anzjani għal-diversi postijiet madwar Malta u Għawdex.

Ilmenti u suġġerimenti:  Residenti li jixtiequ jagħmlu ilment/suġġeriment lill-Kunsill jew xi dipartiment tal-Gvern huma mitluba jikkuntattjaw lill-Kunsill.  Il-proċess jinvolvi:  Registrazzjoni ta' l-ilment/suġġeriment, verifikazzjoni, jintbagħat lill min huwa kkonċernat, risposta.

Dwal tat-Toroq:  Meta wieħed ikun irid jirraporta li bożża tat-triq mhiex qed tixgħel nitolbukom tagħtuna n-numru tal-lampa li huwa magħmul minn 3 numri u  jinsab fuq il-lampa ez. W013/24.

Manutenzjoni ta' Toroq:  Il-Kunsill Lokali huwa responsabbli għaż-żamma u manutenzjoni ta' toroq fir-raħal.

Il-Ġnien tal-Playing Field:  Nistidnukom żżuru dan il-post ta' rekreazzjoni li jinsab fi Triq Ġuze Bonnici.

Il-Latrina Pubblika: Il-Latrina Pubblika tinsab taħt Ġnien Joseph A. Stellini fi Triq il-Kbira u din tkun miftuħa kuljum inkluz il=Ħdud u Festi Pubbliċi.

Permessi li jinħarġu mill-Kunsill

Organizazzjoni ta' attivitajiet li jsiru fuq barra fil-lokalita'. Permessi għat-tqiegħid ta' skips, tqiegħid ta’ posta jew kjosk fi żmien il-festa tar-raħal, tqiegħid ta’ mwejjed u siġġijiet, depositu ta’ krejn u makkinarju ieħor, depositu ta’ materjal fi triq, it-tqiegħid ta’ kiddie ride machines jew magna tal-bejgħ awtomatika , permessi għalftuħ ta’ triq u permessi biex isiru attivitajiet jew xogħol ieħor fit-toroq tal-lokalita’.

Informazzjoni

Informażżjoni dwar il-lokalita u materjal ieħor ta' interess ġenerali jista jinkiseb mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali.

Formoli ta' Applikazzjonijiet

Diversi formoli ta' applikazzjonijiet jistu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali
Applikazzjoni għal-ċertifikati tat-Twelid
Applikazzjoni għal-ċertifikati tal-Mewt
Applikazzjoni għal-ċertifikati taż-Zwieg
Applikazzjonijiet għal-ħruġ ta' Passport
Korsijiet organizzati mill-E.T.C.
Dikjarazzjoni ta' Bidu ta' Impieġ ġdid / Tmien ta' Impjieġ
Bdil ta' indiriżż u kunjom għal-skopijiet ta' karta ta' l-Identita
Applikazzjoni għal-refund ta’ VAT fuq tiġijiet
Applikazzjoni għal-refund ta’ VAT fuq funerali
GO p.l.c. - Freephone / Telefon / Telefax / Telex forms.
GO p.l.c. – Bdil ta’ indirizz / Applikazzjoni għal-itemised bills.
Applikazzjoni għal-taħriġ organizzat mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni
Applikazzjoni għal-Skolasport.
Dikjarazzjoni lill-Korporazzjoni għas-Servizz ta’ l-Ilma dwar bdil fin-numru ta’ persuni li jgħixu fid-dar.
Għajnuna fid-dar għall-Anzjani
Formoli għas-Servizz ta’ Handyman għal-Anzjani.
Applikazzjoni għas-servizz ta’ Telecare.
Formoli għar-registrazzjoni bħala Elettur.
Bdil ta’ Indirizz għal-skopijiet ta’ Registru Elettorali
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’ – Applikazzjoni għal-Karta ta’ l-Identita’ Speċjali, reserved parking, Assistenza soċjali, permessi għal-persuni b’diżabilita’.

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita' - applikazzjonijiet għal-Special ID, Parkeġġ rizervat, għajnuna soċjali u permess għall-ipparkjar ta' vetturi ta' persuni b'dizabilita' jinkisbu mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali. 

Serviżż ta’ l-internet mingħajr ħlas fl-uffiċċju tal-Kunsill f’dawn il-ġranet

Fis-Sajf: mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn it-8.00 am. u s-1.00 pm.
Fix-Xitwa: mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn it-8.00 am. u n-12.00 pm.u bejn is-2.00pm u 5.00 pm.
Jekk wieħed ikollu bżonn għajnuna daklijkun għandu jċempel minn qabel biex jara jekk ikunx jista jingħata serviżż. Normalment is-serviżż jingħata bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa bejn l-10.30am u l-11.30am.

Il-Librerija

Ir-residenti ta’ Ħal Balzan jagħmlu użu mill-librerija li tinsab fl-iSkola Primarja Lija / Balzan li tkun miftuħa nhar ta’ Erbgħa bejn it-8.00am u 12.00pm (nofsinhar).

Attivitajiet

Parteċipazzjoni fil-kompetiżżjoni Sebbah Pajjizek – it-Tieni premju ntrebaħ mis-Sinjura Monica Chetcuti li ħadet sehem fil-kategorija “L-Isbah Faccata ta’ Dar”.

Il-Kunsill rebaħ it-tieni premju fis-sena 2000 għall-“l-Ahjar Sforz ghat-Tindif (category B). L-organizazzjoni ta’ Lejla Valentina, Gieh Ħal Balzan, Jum Ħal Balzan, Lejla Balzanija u l-kunċert annwali li jsir flimkien mal-Paroċċa.