Ħal Balzan

Residenzi Importanti

Print this page

Bini Storiku

Fir-raħal tipiku ta’ Ħal Balzan wieħed isib numru ta’ binjiet storiċi li fihom kienu jgħixu personaġġi importanti.

Palazzo Bosio, id-dar tal-Commandatur ta’ l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Gwann Vincenzo Bosio hija eżempju tajjeb ta’ bini antik. Dan il-palazz jinsab fi Triq Mons. F. X. Zahra.

Palazzo Antonio fi Triq il-Providenza huwa bini storiku ieħor li fih fil-passat għexu nies ta’ klassi fis-soċjeta Maltija.

Palazzo Testaferrata inbena mill-familja nobbli Testaferrata fl-1760 bħala residenza għax-xħur tas-sajf. Il-Palazz qiegħed f’tarf ir-raħal ta’ Ħal Balzan, kważi fil-kantuniera bejn Triq il-Kbira u Triq Sant’Antnin. Minħabba l-kobor tiegħu ma jistax ma jiġbidx l-attenzjoni ta’ min ikun għaddej. Il-Palazz għandu storja twila u varjata ħafna, għaliex matul iż-żmien intuża bħala Qorti Ċivili u Kriminali, skola primarja tal-Gvern u llum fih l-uffiċċji tas-Serviżżi Soċjali, fergħa tal-Posta, Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali u l-Kunsill Lokali Balzan.

Dar Tar-Reġġent li tinsab fi Triq il-Kbira quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija hija dar kbira medjevali li ġiet mibnija mill-Avukat Ddottor Giuseppe Maria Bonnici, l-aħħar Reġġent Kaptan tal-Virga tal-qamħ ta’ l-Universita’ ta’ l-Imdina, fl-ewwel kwart tas-seklu 19.

Casa Borg, li tinstab fi Triq Papa Alessandro li kienet id-dar ta' Mons. G. Maioli

Villa Macedonia

Niċċa tal-Madonna ta' l-Abandunati   Faċċata ta' Villa Macedonia   Villa Macedonia     Konti Manduca

Palazzo Olivier

Wignacourt Cross