Ħal Balzan

Knejjes

Print this page

Knejjes u Kappelli

Fl-14 ta’ Awwissu 1655, Ħal Balzan sar parroċċa. Dak iż-żmien il-Knisja Parrokkjali ma kienitx dik li llum tinstab fil-qalba tar-raħal.

Il-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Balzan

L-ewwel ġebla tal-Knisja Parrokkjali tallum, ddedikata lill-Marija Annunzjata, tqiegħdet fl-1669. Disinni arkitettoniċi, fil-forma ta’ salib saru fl-1665. F’din il-knisja hemm ħafna teżori artistiċi, xogħolijiet ta’ pitturi famuzi bħal Giuseppe Calleja, Chev. Emvin Cremona u Pawlu Camilleri Cauchi. L-istatwa titulari hija xogħol Salvu Dimech li tlestiet fl-1898.

Inċident sfortunat sar f’Lulju 2006 meta waħda mix-xorok tas-saqaf iċċaqilqek u magħha waqgħet parti mill-pittura. Ix-xogħol ta’ restawr tlesta u l-pittura ġiet għal-istat.

Knejjes Oħra

Bon Pastur

Din il-kappella li hija tal-Kunvent tal-Bon Pastur, inbniet fl-1898 wara li s-sorijiet tal-Bon Pastur iddeċiedew li jidħlu għal-ħidma ma nies fil-bżonn. Il-Perit V. Busuttil bena l-kapella għas-spejjes tiegħu. Benefatturi oħra li għenu lis-sorijiet matul l-istorja tagħhom jinkludu l-Kardinal Ferrata u r-Regina Elizabetta, li kien għadha prinċipess meta hija għamlet żjara lill-kunvent.

Marija Assumpta

Din il-knisja tinsab fi Triq il-Kbira u eżatt quddiemha hemm l-istatwa ta’ Santa Marija. Il-knisja hija qadima ħafna, fil-fatt ġiet ikkonsagrata għat-tieni darba fl-1675 wara li kienet ġiet profanata u mibnija mill-ġdid. Ix-xogħol fuq din il-knisja reġa beda u bħalissa qed tiġi restawrata.

Il-Knisja ta’ San Mikiel

Din il-knisja, li ġiet mibnija minn Mikiel Zarb kienet tinsab f’salib it-toroq f’nofs il-Wied ta’ Ħal Balzan.

Il-Knisja dedikata għat-twelid ta' Santa Marija


Il-Knisja ddedikata lil Santa Marija. Din kienet knisja oħra li kienet magħrufa li kienet teżisti fiż-żmien ta’ madwar l-1575. M' hemmx tgħarif dwar fejn kienet tinsab eżatt

Knisja ddedikata lill Marija Annunżjata

Din il-knisja żgħira li għandha madwar 400 sena tinsab fi Triq it-Tliet Knejjes għad għandha ħafna mill-karatteristiċi oriġinali li kellha meta inbniet. Din il-knisja kienet il-paroċċa prinċipali sas-sena 1655.

Il-Knisja ta’ San Anard

Din il-knisja li nbniet fl-1575 hija knisja oħra mit-tlett knejjes li jinsabu fi triq li ġġib l-istess isem dak tat-Tliet Knejjes. Illum ma tistax tgħid li din il-knisja tintgħaraf peres li snin ilu kienet ġiet mibdula f’dar.

Il-Knisja ta’ Santu Rokku

Din il-knisja li ukoll tinsab fi Triq it-Tliet Knejjes kienet ġiet mibnija fis-sena 1593 wara li faqqgħet il-marda tal-lebbra. Dawk li mietu b’din il-marda ġew midfuna f’din il-Knisja. Fil-pittura prinċipali jidhru Santu Rokku, San Pawl u San Bastjan, kollha qaddisin protetturi kontra l-marda tal-lebbra.