|
'Hortis undique saepta' Imdawwar bil-ġonna huwa l-motto ta’ dan ir-raħal pittoresk li jinsab f’nofs Malta.
Ħal Balzan huwa magħruf għal-ġonna tipiċi u serer mimlija bil-fwieħa friska tas-siġar taċ-ċitru.
Minkejja li dawn il-ġonna qed jonqsu, Ħal Balzan għad għandu ħafna djar tradiżżjonali b’ġonna mimlija b’siġar tal-lumi, larinġ u mandolin.
|