Birżebbuġa

Dħul

Print this page

  Birżebbuġa

Il-belt maġenb il-baħar ta’ Birżebbuġa tinsab fix-Xlokk ta’ Malta bejn Kalafrana lejn in-Nofsinhar u l-villaġġ ta’ Marsaxlokk lejn il-Grigal. Għalkemm Birżebbuġa tinsab fuq il-kosta, din il-lokalità hija l-punt fejn jiltaqgħu erba’ widien sbieħ ħafna li huma Wied Dalam, Wied Żembaq, Wied Qoton u Wied Buni.

Bosta stejjer iduru madwar l-isem ta’ Birżebbuġa. Per eżempju, jingħad li ż-żebbuġ kien jiġi maħżun f’ġibjuni mimlija bl-ilma tal-baħar; storja oħra tgħid li kien hemm siġar taż-żebbuġ miżrugħa f’dak li kien villaġġ żgħir u fl-inħawi tiegħu; storja oħra li l-kelma ‘Birżebbuġa’ tinqasam fi tnejn, bir u żebbuġa u meta t-tnejn jingħaqdu flimkien toħroġ il-kelma Birżebbuġa u fl-aħħar kien hemm il-problema dwar jekk għandhiex tiġi pronunċata Bur Żebbuġa jew Birżebbuġa għaliex Bur Żebbuġa tfisser art taż-żebbuġ. Sa tmiem l-1800 wieħed seta’ jara ġibjuni li kienu jintużaw għaż-żebbuġ, f’qiegħ il-baħar fejn hu baxx. Illum il-ġibjuni għadhom jeżistu u tista’ tarahom fuq il-blat fil-Bajja ta’ San Ġorġ.

Viċin il-villaġġ ta’ Birżebbuġa hemm Għar Dalam li tfisser letteralment għar mudlam. Għar Dalam huwa sit ta’ importanza kbira peress li kien hawn li nstabet l-aktar evidenza bikrija ta’ preżenza tal-bniedem, li tmur lura għall-perjodu Neolitiku xi 7400 sena ilu. L-erja tal-wirja tikkonsisti minn żewġ partijiet; l-għar u l-mużew, li jeżibixxi wirja eżżezzjonali ta’ sejbiet, minn għadam ta’ l-annimali għal artefatti magħmula mill-bniedem. Xmara li kienet tgħaddi minn fuq kienet taħbat dritt kontra l-blat u ffurmat l-għar. L-għar huwa fond 144 metru, iżda l-ewwel 50 metru biss huma miftuħin għall-pubbliku.

Għar Dalam

Is-saffi ta’ taħt nett, li huma għandhom minn 500,000 elf sena, għandhom fossili ta’ iljunfanti nani, hippopotami, mikro-mammiferi u għasafar. Fuq is-saff li jmiss li hu magħmul minn ċagħaq hemm ‘l hekk imsejjaħ saff taċ-ċerv, datat għal madwar 18,000 sena ilu. Is-saff ta’ fuq għandu inqas minn 10,000 sena u fih tinsab evidenza ta’ l-ewwel bnedmin fuq il-gżejjer. L-esperti jemmnu li din l-evidenza tissuġġerixxi li l-gżejjer xi darba kienu pont tal-art għall-Ewropa Kontinentali.

Fdalijiet oħrajn jinkludu dawk ta’ tempju preistoriku jew kolonizzazzjoni, Borġ-in-Nadur, li jmorru lura għal żmien il-Bronz. Il-kolonizzazzjoni kienet fortifikata b’ħajt tal-ġebel li għadu jidher sal-lum. Dawn il-fdalijiet tat-tempji huma importanti għax jidher li jirrivelaw mhux biss tempju b’erba apsidi (cirka 2000 QK) iżda wkoll kolonizzazzjoni domestika awtentika fortifikata ta’ Żmien il-Bronz. Fil-viċinanzi hemm il-fdalijiet ta’ ħajt difensiv kbir, li jgħaddi mill-quċċata ta’ promontorju bejn żewġ widien u jwassal għal żewġ bajjiet. Il-ħajt ġie mibni jiffaċċja l-intern, u b’hekk il-villaġġ kellu l-baħar fuq in-naħa ta’ wara. Din is-sitwazzjoni loġistika wasslet lill-iskulari biex jemmnu li n-nies li kienu jgħixu fil-villaġġ kienu iżjed jibżgħu li jiġu attakkati mill-art milli mill-baħar.

Traċċi ta’ għerejjex taż-Żmien il-Bronz instabu wara l-ħajt, dawn id-depożiti ma kinux fil-fond u kienu jgħattu l-fdalijiet tal-Perijodu tat-Tempji. L-arkeoloġi sabu evidenza li turi li l-popolazzjoni Neolitika ġiet estinta u l-gżejjer kienu diżabitati. Dawn l-arkeoloġi jaħsbu li dan seta’ kien minħabba l-fatt li ma kien hemm l-ebda prodozzjoni agrikola, jew minħabba gwerrer ċivili li setgħu qamu minħabba kwistjonijiet li kellhom x’jaqsmu mat-tempji jew minħabba li l-popolazzjoni Neolitika ġiet maqtula minn tribuijiet ġellieda. L-arkeoloġi sabu l-fdalijiet ta’ tliet apsidi (kmamar semi-ċirkolari) tat-tempju. Lil hinn mid-dħul prinċipali, hemm erja ellittika li hija xi 25 metru twila u 15-il metru wiesa’. Issa għad fadal biss id-Dħul ‘Trilithon’. Żjajjar għal dawn is-siti jistgħu jsiru b’appuntament.

Għar ieħor li wieħed jista’ jżur huwa Għar Ħasan li jinsab fuq ix-xifer ta’ rdum wieqaf qrib il-free port ta’ Birżebbuġa, madwar 2.5km tul it-triq lejn iż-Żurrieq. Mixja minn Birżebbuġa għal Għar Ħasan teħodlok xi 25 minuta. Skond il-leġġenda, dan l-għar kien użat minn pirata Saraċin tat-12-il seklu. It-Tork, li kien jismu Ħasan, ħataf tfajla Maltija u żamma ġewwa l-għar. Meta nstab minn nies lokali huwa ppreferixxa joqtol lil din it-tfajla u jikkommetti suwiċidju milli jinqabad, biex b’hekk qabeż ‘l isfel għall-baħar flimkien mat-tfajla. Fid-dħul tal-għar, wieħed jista’ jikri torċ għal ftit ħlas sabiex ikun jista’ jara dan l-għar

Strutturi storiċi importanti oħrajn jinkludu l-Batterija Kostali ta’ Ferretti u t-trunċieri ta’ Birżebbuġa. Dawn is-siti jmorru lura għal żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann.


      
View Larger Map