Ħad-Dingli

Dħul

Print this page

Ħad-Dingli

Ħad-Dingli huwa raħal żgħir fit-tarf ta’ Malta, 'il bogħod miċ-ċentru. Ftit taż-żmien ilu kien diffiċli li jivvjaġġaw minn lokalitajiet oħra f’Malta. Iżda llum minħabba l-progress Ħad-Dingli m’għadux maqtugħ għalih u l-popolazzjoni tiegħu kibret.

Daqqa t’għajn tul l-istorja, lejn il-bidu taċ-ċiviltà f’Malta, turi li Ħad-Dingli saba ta’ vantaġġ li hu qrib ir-Rabat. Fil-fatt, minn żmien l-antik sa żmien il-Medju Evu, iċ-ċentru ta’ Malta ma kinitx il-Belt Valletta (Città Umilissima) imma l-ewwel ir-Rabat u wara l-Imdina (Città Notabile).

Il-Kunsill Popolari li kien jiggverna l-Gżira kellu l-kwartieri tiegħu fir-Rabat. Għal ħafna snin, Ħad-Dingli kien ħaġa waħda mal-amministrazzjoni ċivili sew tar-Rabat kif ukoll tal-Imdina (Città Notabile). Dan ir-raħal kellu l-istess rappreżentanti, l-istess sindku u l-istess tabib. Qajla kont issib xi qassis li kien jaċċetta li jmur joqgħod f’Ħad-Dingli jew f’Ħal Tartarni – post li kien qabel Ħad-Dingli u li spiċċa biex ta postu lil Ħad-Dingli.

Iżda meta l-Knisja Maltija bdiet il-proċess li taqsam il-Gżira f’parroċċi, il-lokalità ta’ Ħal Tartarni ma setgħetx tħalliha barra u kellu jinstab xi ħadd biex jerfa’ r-responsabbiltà tal-ħajja spiritwali tan-nies tar-raħal. Ħal Tartarni, li kien l-uniku qasam abitat, kien qrib il-foresta li għamel il-Gran Mastru Verdala fi tmiem is-seklu ħmistax. Kien hemm knisja żgħira dedikata lil Santa Domenika, li m’għadhiex teżisti.

Ħadd ma jaf għaliex il-popolazzjoni marret toqgħod tgħix fiż-żona ta’ Ħad-Dingli. Forsi dan kien ġej mill-fatt li l-familja nobbli Inguanez kellha biċċiet kbar ta’ art fl-inħawi.

Il-bdiewa impjegati biex jaħdmu l-ghelieqi ta’ Inguanez sabuha tajjeb li jmorru joqogħdu f’Ħad-Dingli, hekk abbandunaw Ħal Tartarni. Dan il-perjodu jista’ jingħad li kien il-bidu ta’ dan il-villaġġ, magħruf għall-arja pura u nadifa tiegħu. Iżda dar-raħal kien bin-nies ħafna qabel daż-żmien. 

Fi żminijiet preistoriċI kien hemm barrieri minfejn kienu jaqtgħu l-ġebel biex jibnu bihom f’partijiet oħra tal-gżira.Instabu fdalijiet li jmorru lura sa żmien il-Feniċi u l-Kartaġiniżi. Skoprew oqbra tal-blat li juru li kienu jaghmlu fihom l-irmied talmejtin meta kienu jaħarquhom u li jmorru lura sa 2,800 sena ilu.

L-oqbra Feniċi u Kartaġiniżi kienu jintużaw ukoll mir-Rumani, li ġew Malta mas-sena 218 Q.K. F’Ħad-Dingli, m’hemmx distinzjoni ċara bejn perjodu ta’ żmien u ieħor. F’Għajn Ħandful, instabu banjijiet, pixxini u xi strumenti tal-perjodu Ruman. Ukoll fil-lokalita’ Ta’ Baldu, ftit il-bogħod minn Misraħ Suffara, huwa magħruf sew għall-Banjijiet Rumani li hemm fl-għerien.

ll-ftit tagħrif li għandna fuq Ħal Tartarni jurina li ftit qabel ma ġiet l-Ordni f’Malta, l-abitanti tiegħu ma kinux aktar minn 300 ruħ. L-isem Dingli jista’ jkun ħej minn kunjom xi familji Maltin li kellhom l-art f’dawn l-inħawi.

Dingli huwa post ħdejn il-baħar u huwa miżgħud b’għelieqi kkultivati, imma fl-istess ħin jinsab 300 metru ‘l fuq mill-baħar – l-ogħla post f’Malta. Hekk l-abitanti ma jġibux il-ħobżna ta’ kuljum mill-baħar, imma billi jaħdmu bil-għaqal l-għelieqi tagħhom. Fi żmien ta’ periklu, l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli kienu ta’ ġid għax il-furbani kienu jsibuha iebsa biex jixxabtu magħhom u hekk il-popolazzjoni kien ikollha ż-żmien biex jistaħbew.

Fl-1530, l-Imperatur Karlu V ta lil Malta lill-Kavalieri ta’ San :wann bħala fewdu. Il-furbani kienu assedjaw I ħadu lil Għawdex fl-1551, u wara daru għal Malta. Intebħu li kien diffiċli li jinżlu l-art minn Ħad-Dingli, u saħansitra taw parir lill-furbani oħra biex jinżlux hawnhekk.

L-unika teżor li kien jiddistingwi l-abitanti ta’ Ħad-Dingli kien id-devozzjoni lejn il-parroċċa tagħhom dedikata lil Marija Assunta. Fl-1678, il-villaġġ sar parroċċa bil-kappillan tiegħu.
Dingli issa uhuwa raħal pittoresk li jħares ‘il quddiem b’fiduċja. Hemm sens ta’ benesseri, li wieħed ma setax jarah sa ftit taż-żmien ilu. Il-popolazzjoni żdiedet bi ħmistax-il darba ta’ kif kienet għal mijiet ta’ snin. L-istatistika li mal-mitt sena ilu, kien diffiċli li t-tfal imorru l-iskola. Iżda daż-żmien Ħad-Dingli jagħti eżempji ċari ta’ mobbilta’ soċjali.
F’Ħad-Dingli twieldu diversi personalitajiet kbar li għamlu unur mhux biss lir-raħal twelidhom imma wkoll lill-Gżejjer Maltin. Fil-qasam letterarju, wieħed jista’ jsemmi lill-awturi famużi bħal pijunier tal-folklor Dun Xand Cortis u d-drammaturgu Francis Ebejer. Imwieled Ħad-Dingli huwa l-atri Dumnikan Walter Ebejer li sar isqof fid-djoċesi tal-Brażil. Fil-qasam politiku, in-Nutar Guże’ Abela kien Ministru tajjeb tal-Finanzi, li kien rispettat minn kulħadd għal ħudizzju teigħu u fuq kollox għall-integrita’ tiegħu.
Daż-żmien il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli jistħoqqlu kliem ta’ tifħir u inkoraġġiment għall-għaqal, ħidma biex jippromwovi l-kultura u fuq kollox l-impenn sħiħ tiegħu biex isebbaħ il-lokalita’ sew moralment kif ukoll fiżikament.

     
View Larger Map