Floriana

Residenzi Importanti

Print this page


Dar il-Mistrieħ

Wara l-Knisja tal-Metodisti , il-Metodisti kienu ħasbu biex jibnu każi għan-nies tas-Servizzi u hekk ikollhom fejn jiltaqgħu.

Il-pjanta għamilha l-Arkitett Bridgeford Pinie Esq. L-istess ħaġa bħall-Knisja Metodista, dan il-lok intelaq ukoll mat-tluq ta’ l-Ingliżi, iżda l-Gvern Lokali ra għalxiex seta’ juża l-lok. Billi kienu nibtu bosta attivitajiet kulturali, inħasset il-ħtieġa sabiex fih ilaqqgħu dawn l-għaqdiet.

Iżda maż-żmien, l-iskop ta’ din id-dar tbiddel u billi l-Gvern beda jintroduċi s-sistema li kemm jista' jkun ix-xjuħ li jkunu weħidhom jibqgħu jgħixu fl-ambjent ta’ pajjiżhom, tefa’ għajnejh fuqha u rranġaha bħala dar għax-xjuh u semmieha ‘Dar il-Mistrieħ’. Fetaħha uffiċjalment il-Ministru s-Sur Freddie Micallef nhar it-Tnejn, 20 ta’ April, 1987