Għajnsielem

Lukandi

Print this page

Il-Grand Hotel (4 stilel) tinsab tħares għal fuq il-port tal-Imġarr u madwarha hemm mill-Wied t’Għajnsielem. Minn din il-lukanda wieħed jista’ jitgħaxxaq bil-veduti panoramiċi ta’ Malta u Kemmuna. Il-lukanda toffri xeni mill-aqwa tal-port tal-Imġarr u tad-dgħajjes għaddejjin il-ħin kollu bejn il-gżejjer. It-turisti ta’ sikwit jikkummentaw dwar is-sbuħija tal-veduti minn ħafna mill-kmamar ta’ din il-lukanda.