Għajnsielem

Dħul

Print this page

Għajnsielem

Il-villaġġ ta’ Għajnsielem jinsab fil-gżira ċkejkna ta’ Għawdex, waħda mill-Gżejjer Maltin. Malta tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran – 93 km fin-Nofsinhar tal-Italja u 290 km fit-Tramuntana tal-Afrika ta’ Fuq. Għawdex jinsab 5 km fil-Majjistral ta’ Malta u d-distanza bejn iċ-Ċirkewwa f’Malta u l-port tal-Imġarr f’Għawdex tinvolvi ħamsa u għoxrin minuta vjaġġ bil-vapur.


Għajnsielem għandu popolazzjoni ta’ madwar 3,000 ruħ u huwa l-ewwel villaġġ Għawdxi li tiltaqa’ miegħu hekk kif tħalli l-port tal-Imġarr fi triq lejn il-qalba ta’ Għawdex. Hekk kif tidħol il-port tal-Imġarr, meta tkun għadek fuq il-vapur, ma tistax ma tinnotax l-għemiel tal-villaġġ tal-port ta’ Għajnsielem. Wieħed jista' jara l-Kappella ta’ Lourdes bil-kampnar stil Gotiku tagħha u n-niċċa tal-Madonna ta’ Lourdes li tinsab taħtu, il-Forti Chambray fuq in-naħa tax-xellug li tiddomina l-għolja u fl-isfond it-torri tal-qniepen ġganteska tal-Knisja Parrokkjali ta’ Għajnsielem. In-nies ta’ Għajnsielem jirreferu għalihom bħala l-Għajnselmiżi.

           
View Larger Map