L-Għarb

Ġemellaġġi

Print this page

Ġemellaġġ L-Għarb /Gerano (iffirmat fl-Għarb 04-07-02). Gerano huwa raħal zgħir li jinsab qalb il-muntanji madwar tliet kwarti ‘il bogħod mill-belt kapitali Taljana, Ruma. Ta’ min jgħid li Gerano huwa magħruf għall-eqdem Infiorata li ssir ġewwa l-Italja. Apparti minn diversi skambji edukattivi, sportivi u li jippromwovu l-kummerċ li ibbenefikaw minnhom iċ-ċittadini taż-żewġ lokalitajiet, minn dan il-ġemellaġġ tnisslet fl-Għarb il-kultura tal-Infiorata li ssir fil-Jum tal-Festa tal-Għarb, il-festa tal-Viżitazzjoni. L-Infiorata fl-Għarb hija l-ewwel waħda li qatt saret fil-gżejjer Maltin u illum daħlet sew fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna. L-Infiorata fl-Għarb saret l-ewwel darba fl-2003.

Apparti dan il-ġemellaġġ il-Kunsill għandu wkoll relazzjonijiet ta’ koperazzjoni ma' diversi lokalitajiet oħra Ewropej fosthom:
Castrolibero, Massafra u Comunita’ Collinare Colli Tortonesi fl-Italja u Torrent fi Spanja.