L-Għarb

Geografija

Print this page

  L-Għarb Map

Ir-raħal ta’ l-Għarb huwa raħal zgħir li jinsab fil-Punent tal-Gżira Għawdxija b’arja ta’ madwar 14.3 km kwardru. L-Għarb imiss mal-konfini Ta’ Kerċem, San Lawrenz u L-Għasri. Parti kbira mir-raħal hija rurali u parti oħra tmiss mal-baħar. Insibu fil-fatt għadd ta’ persuni li huma bdiewa u oħrajn li għandhom id-delizzju tas-sajd minn fuq il-blat. Fost oħrajn ir-raħal ta’ l-Għarb huwa imsemmi għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Frenċ ta’ l-Għarb. Karmni Grima, il-Knisja Bażilika u Parrokkjali ddedikata lil Viżitazzjoni, il-Kappelli taż-Żejt u ta’ San Dimitri kif ukoll għall-villaġġ tas-Snajja ta’ Dbiegi.

gharb map