L-Għarb

Informazzjoni dwar il-lokalita'

Print this page

L-Għarb tfisser punent u fil-fatt dan ir-raħal jinstab fil-punent tal-gżira Għawdxija. Il-ħajja ta’ dan ir-raħal bdiet madwar seklu ilu u dawn l-għeruq qodma għadhom jidhru fl-istruttura tad-djar li jinsabu madwar iċ-ċentru tar-raħal.

L-Għarb sar parroċċa fl-1679 u l-Knisja l-Ġdida inbniet fuq stil barrokk u tixbaħ lil dik ta’ San Anjeze ta’ Barromini li tinsab fi Pjazza Navona f’Ruma.

Il-Pjazza ta’ l-Għarb hija waħda tipika Għawdxija imżejna bil-faċċata sabiħa tal-Knisja, is-Salib tal-Pjazza li ġej mis-seklu 17 kif ukoll minn mużew Folkloristiku li fih kull xorta ta’ tifkiriet tal-istorja tal-gżejjer tagħna.

Insibu wkoll żewġ leġġendi marbuta ma’ żewġ kappelli li huma dik taż-Żejt u dik ta’ San Dimitri, leġġendi famużi li miktubin fl-istorja ta’ l-Għarb u ferm popolari kemm ma’ l-Għawdxin kif ukoll mall-Maltin.

Meta wieħed isemmi dan ir-raħal ma jistax ma jsemmix is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu li huwa wieħed nazzjonali, miżjur minn għadd ta’ pellegrini mid-dinja kollha.