Il-Fgura

Servizzi offruti mill-Kunsill Lokali

Print this page

Ħinijiet tal-Ftuħ
1 ta' Ottubru sal- 15 ta’ Ġunju – 7.30hrs sa 16.45hrs
16 ta’ Ġunju sa 30 ta’ Settembru – 07.30hrs sa 13.30hrs

Is-Sibtijiet miftuhin is-sena kollha mit-8:00hrs sal-11:30hrs

Ġbir ta’ skart goff
Ir-Residenti tal-Fgura huma mitluba jikkuntatjaw lil Kunsill Lokali tal-Fgura fuq in-numru tat-telefon 21664000 sabiex jagħmlu appuntament u jinġabar l-iskart goff. Dan is-servizz huwa mħallas mill-Kunsill u l-iskart jingabar kull nhar ta' Tnejn, l-Erbgha u s-Sibt mis-7am sa 12pm.

Ġbir ta’ skart
Tnejn sa s-Sibt (inklużi festi pubbliċi)  minbarra t-Tlieta bejn it-08.00hrs. sa 14.00hrs.

Ġbir ta’ skart irriċiklat
It-Tlieta (plastik u metall/ karti u kartun) u l-Hamis (kull hmistax - hgieg) mis-7am il-quddiem.

Korsijiet offruti mill-Kunsill
Il-Kunsill minn zmien ghal zmien jorganiżża korsijiet tal-kompjuter. Permezz ta’ koperazzjoni mal-Gvern Ċentrali, jigu organiżżati korsijiet tal-Life Long Learning. Sessjonijiet  tal-‘Aerobics’ u Zumba qeghdin  jigu organizzati mill-Kunsill u dawn isiru fis-sala tal-Iskola Primarja tal-Fgura.

Librerija Pubblika Gejtu Grech – Triq il-Karmnu, Il-Fgura – Telefon 21805907.
Mill-1 t’Ottubru sal-31 ta’ Mejju
It-Tnejn: 3.00pm – 5.00pm
It-Tlieta: 8.30am – 10.30am
L-Erbgħa: 4.00pm – 6.00pm
Il-Ħamis: 9.30am – 11.30am
2.15pm – 4.15pm
Il-Ġimgħa: 9.30am – 11.30am
Is-Sibt: 9.00am – 12.00pm
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru
It-Tnejn: 4.00pm – 6.00pm
It-Tlieta: 8.30am – 10.30am
L-Erbgħa: 4.00pm – 6.00pm
Il-Ħamis: 9.30am – 11.30am
4.00pm – 6.00pm
Il-Ġimgħa 9.30am – 11.30am

Mill-Librerija wieħed jista’ jsib aċċess għall-Internet b’xejn.

Servizzi Ohra
Ħlasijiet ta’ kontravenzjonijiet
Ħlasijiet ta’ Kera
Ħruġ ta’ permessi delegati lill-Kunsilli Lokali

Aċċess għall-internet b’xejn mill-uffiċċju tal-Kunsill
Servizzi e-Gov.
Aċċess għal servizzi tal-Gvern on-line.
Servizz ta’ Customer Care
Applikazzjonjiet għal-xogħlijiet fit-toroq

Ħlasijiet jiġu aċċettati biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am sa nofsinhar, u s-Sibt bejn it-8am u l-11.30am

Mill-uffiċċju tal-Kunsill jistgħu jiġabru dawn l-applikazzjonijiet
Ħlas lura ta’ VAT fuq funerali
Ħlas lura ta’ VAT marbuta ma’ spejjez ta’ tieġ
Formolarju ta’ l-ADT
Applikazzjonijiet Servizzi Enemalta
Applikazzjonijiet Servizzi Korporazzjoni Servizzi ta’ l-Ilma
Applikazjoni għal Passaport
Applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala Elettur
Formolarju kif tressaq ilment lill-Pulizija
Applikazzjoni għal ċertifikati tat-Twelid/Mewt/Żwieġ
Applikazzjonijiet Servizzi Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’
Applikazzjoni European Health Insurance Card.
Applikazzjonijiet Korsiiet Aerobics
Formolarju Korporazzjoni għat-Taħriġ u Mpiegi
Formolarju servizzi Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’.
Formolarju dwar ħruġ ta’ liċenzji tal-Kummerċ