Assoċjazzjonijiet

Print this page

  Għaqdiet u Assoċazzjonijiet

Il-Fgura Football Club twaqqaf fl-1970. Sena wara l-Fgura United kien affilajt mal-Malta Football Association u beda jipparteċipa fil-League. Fl-istaġun 1972/73 ġew Runners Up, u fl-istaġun ta’ wara rebħu s-Sezzjoni tal-Minors.

Illum għandhom il-każin tagħhom fi Triq San Tumas, u għandhom ukoll qrib ground fejn jitħarrġu u jorganizzaw kompetizzjonijiet tal-football.

L-Għaqda Mużikali u Soċjali ‘Madonna tal-Karmnu’ twaqqfet fl-1985. L-ewwel dilettanti ltaqgħu f’garaxx fi Triq Kent, bil-ħsieb li jgħaqqdu banda biex tieħu sehem fil-festa tal-Fgura u f’okkażjonijiet oħrajn.

Il-banda twaqqfet, u s-Soċjetà kellha l-ewwel Każin tagħha f’garaxx ieħor fl-istess triq. Iżda l-Assoċjazzjoni ma waqfitx hemm, u l-Kumitat mill-ewwel beda jaħseb biex ikollu post ikbar.

Inxtrat dar kbira fi Triq Hompesch u, wara ħafna xogħol, il-każin il-ġdid ġie inawgurat fl-1991. Issa l-banda kellha post ikbar u iktar komdu fejn tiltaqa’ u titħarreġ, u tippjana l-attivitajiet.

Is-Soċjetà għandha skema ta’ tagħlim b’xejn lil tfal dilettanti li jkunu jixtiequ jitgħallmu jdoqqu xi strument. Hi affiljata wkoll mal-Kummissjoni li tieħu ħsieb il-festa esterna, u tieħu sehem fit-tiżjin tat-toroq u wkoll fit-tħejjija tal-logħob tan-nar.

Fil-Fgura nsibu diversi Għaqdiet ohra li jagħtu sehemhom biex jikber is-sens Ċiviku tal-lokal. Minbarra l-Għaqdiet reliġjużi, sportivi u politiċi, insibu wkoll fost l-oħrajn l-iScouts u l-Girl Guides. Ilkoll flimkien jagħtu identita’ lil dan ir-raħal u jservu biex ħafna talenti jingħaqdu flimkien. Ma’ dawn ta’ min isemmi wkoll il-Kummissjoni Festa Esterna, li għandha l-Maħżen ta’ l-armar fi Triq il-Karmelitani. Imbagħad hemm il-Club tal-Ħamiem li qiegħed fi Triq il-Klerku, u l-Klabb tal-Boċċi li twaqqaf fit-8 ta’ Diċembru 1985.

Fil-Fgura għandna spectrum sħiħ ta’ Għaqdiet reliġjużi u sekulari. Ma’ dawk ta’ fuq ta’ min isemmi t-tliet Praesidia tal-Leġjun ta’ Marija, il-Fergħa tal-Fgura ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija, il-Grupp Karismatiku, il-Gruppi Familji Nsara, u n-Neo-Katekumenat.
Ċentri għat-tagħlim tad-Duttrina Nisranija

Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija xi rġiel mill-qasam ta’ Ħal Tarxien tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) kienu jiġu l-Fgura biex jgħallmu l-katekiżmu lil xi tfal li kienu joqogħdu l-Fgura f’dak iż-żmien.

Meta spiċċat il-gwerra l-għadd tat-tfal beda jiżdied b’rata mgħaġġla ma’ Malta kollha; u ħafna iktar fil-Fgura, li bdiet tiġbed lejha ħafna familji. Il-katekiżmu kien ikun mgħallem f’żewġt ikmamar, iżda ma damitx ma nħasset il-ħtieġa għal post ikbar, u s-Soċjetà xtrat il-bini sħiħ li kien jinkludi lil dawk iż-żewġt ikmamar. Dan ċ-ċentru kien 60, Triq Carmel. Wara xi żmien, minflok l-għalliema minn Ħal Tarxien, bdew jiġu l-Fgura għalliema miż-Żejtun (Città Beland).

B’danakollu, din is-soluzzjoni kienet temporanja, għax l-għadd ta’ tfal fil-Fgura baqa’ jikber b’mod fenomenali. Għalhekk instab ċentru ġdid, meta s-Soċjetà xtrat flat imdaqqas fi Triq Dun Ġorġ Preca. Dan il-flat kellu iktar kmamar, u sala mdaqqsa biex tintuża bħala kappella.

Iżda dan il-flat ma damx ma wera li kien ukoll inadegwat għall-ħtiġijiet tat-tfal. Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija tagħti lit-tfal mhux biss formazzjoni reliġjuża, iżda l-għan tagħha hu li tagħti lit-tfal trobbija ħolistika. Jeħtieġ li t-tfal jiltaqgħu b’mod informali u jilagħbu biex jagħmlu ħbieb u jgħinu lil xulxin f’atmosfera rilassanti. Biex jissodisfa dawn il-ħtiġijiet il-Qasam tal-Fgura xtara biċċa art, qrib il-knisja parrokkjali, u bniha bil-konsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tat-tfal. Dan il-post ġdid qiegħed fi Triq il-Patrijiet Karmelitani.

Il-Fgura għandha wkoll il-Fergħa Nisa tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. L-ewwel ċentru fejn l-għalliema kienu jagħtu lezzjonijiet tal-katekiżmu lill-bniet kien fi flat żgħir, fl-ewwel sular, fi Triq il-Patrijiet Karmelitani. Fl-1990 is-Soċjetà ddeċidiet li tixtri dar kbira fi Triq Kampanella. Dan iċ-ċentru għadu hemm sa llum. Din id-dar toffri spazju akbar għall-attivitajiet minbarra t-tagħlim tal-katekiżmu.

Il-Pirjol u ll-Komunita Karmelitanay
Kunvent tal-Karmnu
Triq il-Karmelitani
Il-Fgura
Grufan
c/o Mr & Mrs Martin Duca
“San Francisco” Flat 1.
Vjal Kottoner
Il-Fgura
Kor Parrokjali Infaħħru lil Marija
c/o Kunvent tal-Karmnu
Triq il-Karmelitani
Il-Fgura
Surmast
Skola Dun Ġużepp Żerafa
Skola Primarja tal-Gvern ‘A’
Triq il-Kitba
Il-Fgura
Surmast
Skola E.Debono Decesare
Skola Primarja tal-Gvern ‘B’
Triq il-Kitba
Il-Fgura
Il-Fgura Centru Żgħażagħ
Attn: Mr C.Chetcuti
c/o Kunvent tal-Karmnu
Triq il-Karmelitani
Il-Fgura
Il-Fgura Girl Guides
c/o Ms M.Bonello
“Marvid”
Triq il-Karmnu
Il-Fgura
Kunsill Pastorali Parrokjali
c/o Kunvent tal-Karmnu
Triq il-Karmelitani
Il-Fgura
Terzjarji Karmelitani
c/o Is-Sur R Azzopardi
“Sunray”
Triq tal-Klerku
Il-Fgura
Is-Superjur - MUSUEM (Subien)
Beatu Ġorġ Preca
Triq il-Karmelitani
Il-Fgura
Is-Superjura - MUSUEm (Bniet)
Soċjeta tad-Duttrina Nisranija
108. “Safe Haven”
Triq il-Kampanella
Il-Fgura
Grupp Bibbliku
c/o Mr T.Zahra
“May Blossom”
Triq il-Bieb
Il-Fgura
Għaqda Madonna Addolorata
Triq Liedna
Il-Fgura FGR 1036
Il-Fgura Pageant Group
62, Triq il-Kuluvert
Il-Fgura
Is-Segretarju
Ċentru Laburista
Triq Ħompesch
Il-Fgura
Is-Segretarju
Każin Partit Nazzjonalista
“Dar Ġorġ Borg Olivier” No 6.
Triq Ħompesch
Il-Fgura
Is-Segretarju
Għaqda Mużikali u Soċjali “Madonna tal-Karmnu”
Triq Ħompesch
Il-Fgura
Is-Segretarju – Għaqda taż-Żgħażagħ
Għaqda Mużikali u Soċjali “Madonna tal-Karmnu”
Triq Ħompesch
Il-Fgura
Is-Segretarju
Fgura United Football Club
Triq San Tumas
Il-Fgura
Sede Kulturali u Soċjali
43. Triq Sant Antnin
Il-Fgura
Il-Fgura Bocci Club
Rev Fr Redent Gauci Square
Il-Fgura
Klabb tal-Ħamiem tal-Ġiri
Triq tal-Klerku
Il-Fgura

Kummissjoni Festa Esterna
Lis-Segretarju
14, Triq il-Karmelitani
Il-Fgura

Il-Fgura Scout Group
Headquarters
Dome Street
Il-Fgura

Neokatekumenali
c/o Mr & Mrs J Bezzina
“Bridgette”
Vjal Kottoner
Il-Fgura

Leġjun ta’ Marija (Fergħa Rġiel)
c/o Mr G Privitelli
“Gusjan”
Triq San Tumas
Il-Fgura

Azzjoni Kattolika
c/o Is-Sinjura Mary Debono
155. “Belair”
Triq il-Kampanella
Il-Fgura

Leġjun ta’ Marija (Fergħa Nisa)
c/o Mrs J.Galea
22. Janfred
Triq Merhba
Il-Fgura

Il-Fgura Carmelite Cultural Group
c/o Mrs Lilian Plumpton
196. “Mon Reve”
Triq is-Sur
Il-Fgura