Ħal Għargħur

Dħul

Print this page

Dan huwa wieħed mill-eqdem villaġġi li hemm f’Malta. Dokumenti antiki bħal-lista Milita (1419-20) u l-ewwel dokumenti parrokkjali jsejħulu Casal Gregorio, Casal Gargur. F’ċerti mapep ta’ dawk iż-żminijiet jidher bħala San Gregorio, jew Gregorio, jew Galgour.

Agius de Soldanis jagħtina Gargur u Għargħur, il-lessiku ta’ Vassalli jinkludi Għargħur, Gregorius, Gregorio, u Ħal Għargħur. Waraj dan Għargħur saret popolari, filwaqt li Gargur kienet għada tintuża sat-Tieni Gwerra Dinjija. Illum dokumenti uffiċċjali jagħtuna Għargħur. Studjużi ta’ l-istorja huma diviżi filwaqt li oħrajn isegwu preferenzi sentimentali.

Matul l-istorja l-Maltin kellhom devozzjoni popolari għall-San Gregorju u fil-villaġġ tagħna fejn Tal-Ferħa hemm kappella dedikata lilu, imsemmija minn Mons. Dusina (1575). Anke llum fil-viċinanzi xi ftit għelieqi huma magħrufa bħala ‘’ta’ Girgor’’. Sa mill-1419-20 l-isem għadda minn serje ta’ varjazzjonijiet minn nutari u kittieba ta’ l-istorja.

L-ewwel ħjiel ta’ kolonizzazzjooni fil-villaġġ tmur lura sa miż-żmien ir-Rumani, għalkemm instabu biss ftit oqbra Puniċi. Quddiem il-knisja ta’ San Ġwann il-Battista instabet pressa taż-żejt f’Jannar 1955. Kienet kostruzzjoni Rumana u l-awtoritajiet tal-Mużew ħadu dawn is-sejbiet fir-Roman Villa r-Rabat.

Mil-lokali jmur aktar lil hinn, u jattribwixxi l-erja ta’ San Brincat għad-dilluvju Bibliku, meta l-Ġebla Razza waqgħet l-isfel minn punt ħafna aktar fl-għoli. F’Jannar ta’ l-1973, wara li kienet hemm għal eluf ta’ snin, kienet inqalbet minn xita qawwija li rattbet il-ħamrija ta’ taħta; imbagħad kienet tneħħiet biex ma jkun hemm xejn xi jfixkel għan-niżla lejn il-magħtab.

L-għerien ta’ San Brincat fl-irdum tal-Great Fault kienu abitati, u wieħed minnhom, l-akbar, kien iservi bħala post ta’ qima wkoll. Fl-għar iż-żgħir hemm data inċiża b’mod pulit fil-ġebel. Il-ġiebja li l-ilma tagħha kienu jaħsbu li kellu s-setgħa li jfejjaq issa hija vojta; ma baqgħetx tintuża minħabba l-biżgħa mill-ġdiem wara li l-pazjenti kienu nħaslu fiha.

_______________________________________________________________________

Dokumenti oħra

Marzu 2012 - Informazzjoni ghall-Kommunitajiet  tal-Patt tal-Gzejjer  - ghafas hawn

April 2011 -Stqarrija għall-Istampa -Pact of Islands - għafas hawn
Marzu 2011- Rapport tal-Pittura Restawrata- Ommna tal-Providenza Divina - għafas hawn


       
View Larger Map