Ħal Għaxaq

Statwi u Niċeċ

Print this page

Statwa ta' Santu Rokku
Din l-istatwa li tinsab fi pjazza li ġġib l-istess isem hija ddedikata għall-qaddis protettur tal-marda tal-Kolera. U proprja għalhekk li saret din l-istatwa.

Statwa ta' Santa Marija
Din l-istatwa tinsab fi Triq Santa Marija eżattament fil-pjazza tal-Knisja Parrokkjali. Din l-istatwa saret fl-1901 u hija ddedikata lill-Assunzjoni tal-Madonna jew aħjar kif hi magħrufa lil Santa Marija.

Statwa ta' San Ġużepp
Din l-istatwa tinsab fi Triq Santa Marija eżattament wara l-Knisja Parrokkjali ħdejn id-Dar tal-Bebbux. Din l-istatwa ġiet inawgurata riċentament wara inizjattiva tas-Sur Mario Dimech