Ħal Għaxaq

Sptarijiet

Print this page

Il-Kunsill Lokali Għaxaq

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq ġie mwaqqaf uffiċċjalment permezz tal-Liġi XV ta’ l-1993. L-ewwel elezzjoni saret f’Jannar 1994 u ġew eletti is-Sur Joe M. Abdilla, Dr. Mario Rizzo Naudi, is-Sur Emanuel Vassallo,( it-tlieta li huma Indipendenti), is-Sinjura Rose Agius (Partit Nazzjonalista) u s-Sur Paul Caruana (Indipendenti wkoll). Is-Sur Joe M. Abdilla ġie elett bħala l-ewwel Sindku ta’ Ħal Għaxaq. Is-Segretarju Ezekuttiv kien is-Sur Anthony Bray.

F’Marzu 1997 saret it-tieni elezzjoni għall-Kunsill Lokali fejn ġew eletti s-Sur Joe M. Abdilla, Dr. Mario Rizzo Naudi, is-Sinjorina Ritienne Fenech u s-Sur Paul Caruana bħala Indipendenti filwaqt li s-Sinjura Rose Agius ġiet eletta f’isem il-Partit Nazzjonalista. Is-Sur Joe M. Abdilla reġgħa ġie elett bħala Sindku. Nofs il-leġistratura is-Sinjorina Ritienne Fenech ġiet eletta bħala l-ewwel Viċi-Sindku.Is-Segretarju Ezekuttiv kienet is-Sinj. Isabelle Zammit.

F’Marzu 2000 saru t-tielet elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali fejn ġew eletti is-Sur Joe M. Abdilla, is-Sur Carmel Agius, is-Sur Emanuel Cutajar u s-Sur Justin Tabone f’isem il-Partit Laburista u s-Sinjura Rose Agius f’isem il-Partit Nazzjonalista. Is-Segretarju Ezekuttiv kien is-Sur Michael Borg.

Is-Sur Joe M. Abdilla reġgħa ġie maħtur Sindku filwaqt li s-Sur Carmel Agius ġie maħtur Viċi Sindku. Barra minn hekk kull kunsillier ġie mogħti ċerti delegi x’jieħu ħsieb. Is-Sur Joe M. Abdilla ġie maħtur chairman tal-Kumitat tal-Finanzi u chairman tas-Sotto Kumitati tas-Sigurta’, Ordni u Wardens. Is-Sur Carmel Agius kellhu r-responasbiltajiet ta l-Infrastruttura, Xogħlijiet Pubbliċi u Edukazzjoni. Is-Sijnura Rose Agius ħadet ħsieb l-attivitajiet Kulturali u l-Anzjani. Is-Sur Emanuel Cutajar ħa ħsieb l-Indafa u l-Ambjent, filwaqt li s-Sur Justin Tabone ħa ħsieb l-Isports u ż-Żgħażagħ.

F’Marzu 2003 reġgħu saru l-elezzjonijiet għall-Kunsill Lokali Għaxaq fejn ġew eletti is-Sur Joe M. Abdilla, is-Sur Angelo Attard, is-Sinjura Manwela Muscat u s-Sur Carmelo Agius f’isem il-Partit Laburista w is-Sinjura Rose Agius f’isem il-Partit Nazzjonalista. Is-Sur Joe M. Abdilla reġgħa ġie maħtur bħala Sindku għar-raba darba filwaqt li s-Sur Angelo Attard ġie maħtur Viċi-Sindku. Kull Kunsillier ġie mogħti delegi x’jieħu ħsieb biex ix-xogħol tal-Kunsill ikun maqsum fuq kulħadd. Is-Segretarju Ezekuttiv kien is-Sur Michael Borg

Fi Frar 2004, is-Sur Carmelo Agius irriżenja mill-kariga ta' Kunsillier minħabba mpenji oħra trejdjunistiċi. Is-Sinjorina Elaine Farrugia ġiet koptjata minfloku.

Fis-sena 2006, reġgħu saru l-elezzjonijiet għall-Kunsill Lokali Għaxaq fejn ġew eletti dawn is-sinjuri: Is-Sur Emanuel Vassallo, is-Sur Joe Abdilla, is-Sur Angelo Attard u s-Sinjura Emanuela Muscat f'isem il-Partit Laburista u s-Sinjura Rose Agius f'isem il-Partit Nazzjonalista.  Is-Segretarju Ezekuttiv kien is-Sur Joseph C. Azzopardi filwaqt li s-Sinj. Donna Busuttil kienet il-Vici Segretarju Ezekuttiv.

Sussegwentement is-Sur Vassallo ġie maħtur Sindku waqt li s-Sur Joe Abdilla nħatar Viċi Sindku.

Kull min irid juża is-servizzi tal-Kunsill Lokali jista’ jiġi fl-uffiċċju tal-Kunsill li jinsab f’numru 15, Vjal il-Labour, Għaxaq fil-ħinijiet normali tax-xogħol jiġifieri mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u l-4.00pm. Wieħed jista’ jagħmel kuntatt ukoll ma’ dan l-uffiċċju billi jċempel fuq in-numru tat-telefon 21664888 jew jibgħat fax fuq in-numru 21665454. Il-Kunsill Lokali għandu l-e-mail tiegħu li huwa għaxaq.lc@gov.mt. Barra minn hekk issa l-Kunsill jista’ jiġi kkuntatjat fuq il-web page tiegħu li se jkollha l-indirizz ta www.ghaxaq.gov.mt.

Ħal Għaxaq hu tiegħek, Ħu ħsiebhu.