Ħal Għaxaq

Assoċjazzjonijiet

Print this page

Fir-raħal tagħna għandna diversi għaqdiet li qegħdin jagħtu servizz lir-residenti Għaxqin.

Għandna għaqdiet kemm Kulturali, Sportivi, Politiċi u Ekkleżjali.

Kull waħda minn dawn l-għaqdiet toffri servizzi kemm lill-imsebħin tagħha u kemm lir-residenti l-oħra b'mod ġenerali.

Kull membru ta' kull għaqda joffri s-servizz tiegħu fuq bażi voluntarja u għalhekk dak li wieħed jagħmel fl'għaqda tiegħu, jagħmlu għax jemmen fih u mhux għal qliegħ tal-flus. Anzi ħafna drabi joħroġ il-flus mil-but.

F'din is-sezzjoni se naraw l-iskop ta' kull għaqda, minn jiffurmaha u kif wieħed jista jagħmel kuntatt magħha.

-------------------------------------------------------------------------------------------------

Fil-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq għandna ħafna għaqdiet li qegħdin jagħtu servizz lir-residenti Għaxqin.

Dawn huma:

Il-Kappillan

Il-Qassisin

Il-Kunsill Presbiterjali

Il-Kunsill Parrokkjali

Il-Grupp tal-Karismatiċi

Il-Grupp ta' Padre Piju

Is-Sezzjoni tal-Bniet tal-M.U.S.E.U.M.

Is-Sezzjoni tas-Subien tal-M.U.S.E.U.M.

Azzjoni Kattolika

Legion of Mary

----------------------------------------------------------------------------------------------

Għaqda Mużikali
Santa Marija Għaxaq
A.D. 1873

Indirizz – 91, Triq Santa Marija, Għaxaq ZTN 13

Telefon – 21804113

E-Mail:info@santamarijaghaxaq.com

Webpage: www.santamarijaghaxaq.com

Skop – It-tagħlim tal-mużika bandistika, sehem tal-Banda fil-festi u l-organizzazzjoni tal-festi esterni tal-festa ta’ l-Assunzjoni tal-Madonna li tiġi ċċelebrata fil-15 t’Awissu ta’ kull sena..

---------------------------------------------------------------------------------------------

Għaqda Mużikali
‘San Ġużepp Għaxaq
A.D. 1874

81, Triq Santa Marija, Għaxaq ZTN13

TEL.21897754

E-mail:info@sanguzeppghaxaq.com

Webpage: www.sanguzeppghaxaq.com

Skop – It-tagħlim tal-mużika bandistika, is-sehem tal-banda fil-festi u l-organizazzjoni tal-festi esterni tal-festa ta’ San Ġużepp li tiġi organizzata fir-raħal tagħna fl-ewwel Ħadd ta’ Ġunju ta’ kull sena.

----------------------------------------------------------------------------------------------

Klabb tal-Boċċi - Għaxaq

Pjazza Santu Rokku, Għaxaq ZTN 12

Tel: 21663491

Skop-

It-tagħlim tal-logħba tradizzjonali Maltija tal-boċċi u parteċipazzjoni fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-Federazzjoni Klabb tal-Boċċi (Malta).

---------------------------------------------------------------------------------------------

Għaxaq Youth Football Nursery

C/o ‘Elcana’ 31st March Str. Birżebbuġa

Tel: 21653129

Skop – It-tagħlim tal-football lit-tfal u żgħażagħ ta’ taħt is-sittax il-sena taħt il-ħarsien ta’ coaches kwalifikati. It-timijiet tal-football jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-Youth F.A. u f’kompetizzjonijiet oħra organizzati matul is-sena.

-------------------------------------------------------------------------------------------

Ċentru Laburista GĦAXAQ

4, Merħba, Vjal il-Labour, Għaxaq ZTN13

Tel:21892107

E-mail:ghaxaq@mlp.org.mt

Skop – Ħidma politika u ġbir tal-membri tal-Partit Laburista ta’ Malta. Organizzazzjoni politika favur dan il-partit u tħaris ta’ l-elezzjonijiet kemm nazzjonali u kemm lokali f’isem il-Partit Laburista.

----------------------------------------------------------------------------------------

Każin Nazzjonalista –GĦAXAQ

Dar il-Għaqda, 19, Triq San Pawl, Għaxaq

Telefon: 21676191

Skop – Ħidma politika fuq livell lokali favur il-Partit Nazzjonalista ta’ Malta. Ġbir ta’ membri u tħaris politiku favur dan il-partit waqt l-elezzjonijiet nazzjonali u lokali.

-----------------------------------------------------------------------------------------