Ħal Għaxaq

Residenzi Importanti

Print this page

Dar tal-Bebbux
id-dar tal-bebbuxHija dar li tinsab eżattament wara l-Knisja Parrokkjali tar-raħal tagħna. Hija miksija bi kwantita kbira ta’ bebbux u qxur oħra tal-baħar b’tali mod li jiffurmaw ħafna simboli konnessi mal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu fosthom l-14 il-stazzjon tal-Via Crucis.

Saret fil-bidu tas-Seklu XX mis-Sur Indri Dimech li kien joqgħod fl-istess dar.

Hu post ta' min iżuru minħabba li hu uniku fix-xeħta tiegħu.


Kappella ta' Santa Luċija
Il-Kappella ta' Santa Luċija hija kappella żgħira ddedikata lil Santa Luċija. Għalkemm parrokjalment tagħmel parti mill-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq u fil-bidu tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali kienet parti mill-lokalita tagħna, illum il-ġurnata saret parti mill-lokalita ta’ Santa Luċija wara talba li saret mill-Kunsill Lokali t’hemmhekk.

Kappella ta' San Filippu
Din il-Kappella tinsab fi pjazza li ġġib l-istess isem ta’ dan il-qaddis. Din il-pjazza tinsab in-naħa ta’ fuq tar-raħal tagħna.
Din il-kappella hija filjali tal-Vatikan u jieħu ħsiebha il-Kanoniku Dun Angelo Vella.

Kappella ta' Santu Kristu
il-kappella ta' santu kristuDin il-kappella magħrufa bħala ‘Ta’ Santu Kristu’ hija ddedikata lir-Redentur. Din il-kappella tinsab fi Triq il-Belt Valletta u tasal għaliha jew minn Triq tal-Barrani billi tidħol mill-ewwel triq li ssib fi Triq tal-Barrani jew inkella minn Pjazza Santu Rokku u tibqa nieżel għal din il-kappella.

Skola Primarja Filippo Castagna
L-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq ġiet mibnija fl-1920/21 u ġiet tiwsa Lm4,900.

Meta kien qed isir l-iskavar taħt it-Triq Gudja/iż-żona ta’ San Filippu, instabu diversi oqbra, fuħħar u għadam

Oqbra puniċi
Instabu wkoll oqbra puniċi. Fl-1959 fiż-żona ta’ “Ta’ Karaġ” instab qabar kbir, bi skeltru u fuħħar. Kważi ħdejn il-Knisja tar-Redentur, instab qabar ieħor ta’ żmien il-puniċi.