|
L-oriġini tal-Gudja jmorru lura għall-1436 meta l-Isqof Senatore de Mello ddikjara Bir Miftuħ bħala parroċċa. Il-Kappella ta’ Bir Miftuħ fl-inħawi ta’ barra tal-Gudja għadha sservi ta’ xhieda għat-twelid ta’ dan il-villaġġ fin-naħa t’isfel tal-gżira tant sabiħ. Tul iż-żminijiet mill-Gudja ħarġu seba’ villaġġi oħra u dan wassal biex il-villaġġ jingħata t-titlu Latin ta’ Pluribus Parens’ li tfisser omma ta’ bosta wlied.
Il-knisja parrokkjali tiddomina l-villaġġ tal-Gudja. Il-knisja, li tlestiet fl-1666 inbniet fuq pjan ta’ l-Arkitett Thomas Dingli. Aktar tard, fl-1858 ġiet miżjuda torri tal-qniepen disinjata minn William Baker. Ġiet mibnija faċċata ġdida b’żewġ torrijiet tal-qniepen fuq stil barokk fil-bidu ta’ dan is-seklu u dan għamel lill-knisja tal-Gudja Ġemma uniqa fl-arkitettura Maltija.
|