Il-Gżira

Ġemellaġġi

Print this page

Fl-14 ta’ Lulju 2000, il-Kunsill Lokali tal-Gżira bl-approvazzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-Gvern Lokali ffirma ftehim ta’ Ġemellaġġ mal-Muniċipalita’ ta’ Glyfada, Greċja.

Delegazzjoni ta’ seba’ u tletin persuna minn diversi oqsma u organiżazzjonijiet (Politiċi, Reliġjużi, Soċjali, Sports, Rapreżentanti tal-Banek, membri tal-Korp tal-Pulizija u membri tas-Sotto-Kumitat fi ħdan il-Kunsill Lokali) pparteċipaw għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim li sar fi Glyfada.

Matul din iż-żjara, dk-delegazzjoni ħadet sehem f’Konferenzi Internazzjonali, ilteqgħet ma’ organiżazzjonijiet lokali u f’diskussjonijiet dwar il-benefiċji u l-parteċipazzjoni tal-lokalita’ f’politika ewropea partikularment il-ġemelaġġi.

Id-dokumenti tal-Ġemellaġġ kienu ffirmati kemm mis-Sindku tal-Gżira kif ukoll, mis-Sindku ta’ Glyfada liema ġrajja kienet parzjalment sponsorjata mill-Unjoni Ewropea.

Fit-28 ta’ Frar 2000, is-Sindku tal-Gżira Dott. Ian Micallef iffirma l-‘Letter of Intent’ mal-lokalita’ ta’ Walbrzych fil-Polonja, ġrajja li tagħat lok għall-diskussjonijiet għall-iffirmar ta’ ftehim ta’ Ġemellaġġ ma’ din il-Muniċipalita’.

Il-Viċi-Sindku Barbara Buttigieg flimkien mal-Kunsillieri Edmond Rizzo u Victor Rutter attendew dawn il-laqgħat.

Fit-12 ta’ Novembru 2000, sar l-iffirmar tal-ftehim ta’ Ġemellaġġ fil-Munċipalita’ ta’ Walbrzych fil-Polonja. Kienu preżenti wkoll il-Kunsillieri s-Sur Alfred Baldacchino u s-Sur Keith Magro.